Posts

Magħrufa l-entità tal-injuries ta’ McKennie u Ake. Għada suppost inkunu nafu dwar Pogba

Illum kien ikkonfermat li Weston McKennie għandu problema fi spalltu u se jkun qed jingħata l-fiżjoterapija meħtieġa. Hu se jdum barra minn tal-inqas tliet ġimgħat, f’liema perjodu se jkun qed jittrejnja waħdu.

Iktar gravi l-injury ta’ Ake. Għalih hemm ksur u se jdum barra xahrejn.

Intant għada f’Lyon, Pogba se jkollu l-viżta għand l-ispeċjalist li se jiddetermina liena operazzjoni jew trattament se jingħata l-Franċiż.

Matthew Scerri

Aktar injuries fi ħdan it-tim Juventin

Lejlet Juventus-Real Madrid, Massimiliano Allegri tilef lil Szczesny u lil McKennie minħabba injuries. Waqt il-partita sofra injury Ake tant li kellu jinbidel wara biss tnax-il minuta wara li daħal fil-grawnd.

Szczesny kellu waħda minn dawk il-problemi muskolari li drajna jkollna fi ħdan it-tim Juventin. Suppost m’għandu xejn gravi u għandu jkun disponibbli għall-ewwel partita tal-istaġun kontra Sassuolo.

McKennie, mill-banda l-oħra, sofra injury fi spalltu. Hu għandu jkollu check-up mediku biex it-tobba ta’ Juventus jifhmu l-entità tal-injury tiegħu.

Insomma, Juventus lanqas ilhom xahar li bdew il-preseason tagħhom u diġà bdiet is-sensiela tal-injuries. Fl-aħħar snin inbidlu kemm-il darba l-physical trainers u t-tobba, imma dil-problema tal-injuries tibqa’ tippersisti.

Matthew Scerri