Posts

Alaba għażel it-tim il-ġdid tiegħu

David Alaba jidher li għażel il-klabb il-ġdid fejn se jkun qed jilgħab fl-istaġun li jmiss. Fil-fatt skont Marca jeżisti ftehim bejn Alaba u Real Madrid, liema ftehim mistenni jkun imħabbar daqt skont kif jippermettu r-regolamenti tal-FIFA.

Matthew Scerri

Alaba qed jitlob wisq!

Skont OK Diario, David Alaba qed jitlob paga fenomenali ta’ 20 miljun Ewro fis-sena. Hu se jkun free-agent minn Frar ‘il quddiem u se jkun jista’ jinnegozja ma’ min irid. Diffiċli, però, li fiċ-ċirkustanza li ninsabu fihom bħalissa Alaba jsib klabb lest jissodisfa t-talbiet tiegħu.

Matthew Scerri

Isco, Marcelo u Alaba

Fil-ġimgħat li għaddew kellna diversi aħbarijiet dwar interess min-naħa ta’ Juventus f’Isco, Marcelo u Alaba. It-tnejn ta’ Real Madrid jidhru li mhux se jkunu qed jitilqu lit-tim Spanjol qabel tmiem l-istaġun, minkejja għidut li f’Jannar kienu lesti jsibu tim ġdid. Alaba, mill-banda l-oħra, għadu ma ddeċidiex x’se jagħmel. Rummenigge appella pubblikament biex Alaba jiddeċiedi x’se jagħmel: “Jekk irid jibqa’ magħna, il-bieb għadu mbexxaq u nistgħu nsibu soluzzjoni. Għalina f’dan l-istadju hu importanti li nkunu nafu x’se jiġri.”

Matthew Scerri