Posts

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Novembru)

Bi pjaċir qed inwasslulkom filmat ieħor storiku mill-Archivio Storico Luce. Illum qed noħdukom lura għas-sena 1949 meta Juventus kienu għelbu lil Inter 3-2.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Novembru)

Filmat storiku ieħor li joħodna lura għall-1952. Dik is-sena, proprju fid-9 ta’ Novembru, Juventus kienu impenjati fid-Derby kontra Torino. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 4-1 favur it-tim ta’ Boniperti.

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Novembru)

Illum se niħdukom lura għas-sena 1988. Fil-filmat t’hawn taħt tistgħu taraw konfront mimli gowls bejn l-Juventus ta’ Zoff u l-Bologna ta’ Maifredi.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Novembru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1976 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Manchester United f’partita tat-Tazza Uefa. Il-partita rat lil Bianconeri jegħlbu lir-Red Devild 3-0 bil-gowls ta’ Boninsegna (2) u Benetti.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Ottubru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1990 meta l-Juventus ta’ Baggio, Schillaci u Casiraghi tat erbgħa lil Inter tal-Ġermaniżi Mattheus-Brehme-Klinsmann.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Ottubru)

Bi pjaċir illum qed inġibulkom filmat ta’ partita tas-Serie li tmur lura għas-sena 1952. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 4-0.

Bħal-lum fil-passat (14 ta’ Ottubru)

Bħal-lum fl-1984 Juventus laqgħu f’darhom lil Verona f’partita tal-kampjonat. It-tim ta’ Trapattoni ħareġ tellief bl-iskor ta’ 2-0, gowls ta’ Galderisi u Elkjaer.

Bħal-lum fil-passat (13 ta’ Ottubru)

Fit-13 ta’ Ottubru 1985 intlagħab wieħed mill-ħafna Derbies kkumbattuti tas-snin Tmenin. Dakinhar Juventus rebħu 1-2 b’gowls ta’ Serena u Platini.