Posts

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer tal-Finali tal-Coppa Italia

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-Finali tal-Coppa Italia bejn Juventus u Atalanta. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 48% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’18% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Atalanta

Atalanta (3-4-1-2): Gollini; Toloi, Romero, Palomino; Hateboer, De Roon, Freuler, Gosens; Pessina; Malinovskyi, Zapata.

Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Danilo; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Kulusevski, Ronaldo.

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Atalanta-Juventus

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Atalanta u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 62% tal-voti, segwit minn McKennie b’13% u minn De Ligt b’7% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Atalanta-Juventus 1-0

Atalanta għelbu lil Juventus u telgħu fit-tielet post tal-klassifika. Nibdew billi ngħidu li kollox ma’ kollox, għal dak li rajna fil-grawnd, draw kien ikun iktar ġust. Atalanta, però, ma serqu xejn. Il-logħba għamluha huma għal ħinijiet twal tal-partiti, bil-Bianconeri jagħżlu li jikkontrollaw il-partita u jaħarbu bil-kontrattakk. Dis-sena spiss rajna lil Juventus jagħżlu din l-istrateġija. Il-problema hi li meta l-affarijiet ma jirnexxulhomx u jmorru minn taħt, imbagħad ma jkunux jafu jdawru l-partita. Finalment rebħ fil-grawnd it-tim li lagħab, mhux dak li ddefenda u din għandha tkun lezzjoni għal Juventus tas-sena d-dieħla. F’dan l-istaġun rajna li l-forte tat-tim m’għadhiex id-difiża. Il-kwalità qiegħda fuq quddiem u li t-tim tagħna jibqa’ jagħżel atteġġament difensivist, ma tantx jagħmel sens. Juventus iridu jifhmu li jew jeħtieġu kowċ b’sistema ta’ logħob offensiv jew inkella iridu jixtru plejers li kapaċi jilagħbu f’sistema difensivista. Kif inhuma l-affarijiet qisu t-tim tagħna se jibqa’ dejjem nofs leħja.

ATALANTA-JUVENTUS 1-0

Skurja: Malinovskyi (A)

Atalanta (3-4-1-2): Gollini; Toloi, Djimsiti, Palomino; Mæhle (Malinovskyi), de Roon, Freuler, Gosens; Pessina (Pasalic); Muriel (Ilicic), Zapata. Kowċ: Gasperini.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Chiesa (Danilo), Bentancur, Rabiot, McKennie (Arthur); Dybala (Kulusevski), Morata. Kowċ: Pirlo.

Referee:  Orsato.

Ammoniti: Bonucci (J), Gosens (A), Malinovskyi (A), Djimsiti (A), Cuadrado (J).

Matthew Scerri