Posts

Bendtner jiżvela li fi żmienu kien hemm diversi plejers Bianconeri jpejpu

F’intervista mogħtija lil BBC Radio 5, Niklas Bendtner żvela li malli kien wasal ma’ Juventus daħal fid-dressing room ta’ Juventus u ma sabx lil ħafna minn sħabu. Imbagħad induna li kien hemm madwar tuzzana mill-plejers ipejpu fit-toilet u jixorbu l-kafe’. Fi kliemu Juventus kien tim tassew magħquda u allura ħadd ma kien iqajjem il-kwistjoni tat-tipjip. Barra minn hekk sostna anki li f’kull tim li lagħab kien hemm dejjem plejers li jpejpu.

Matthew Scerri