Posts
10 ta’ Ġunju 1961: Juventus-Inter 9-1
10 ta’ Ġunju 1961 Juventus kisbu l-akbar rebħa ta’ dejjem fuq Inter f’partita kontroversjali li mmarkat il-bidu tal-mibegħda Nerazzurra fil-konfront tat-tim Juventin. Inter bi protesta lagħbu biż-żgħar u tilfu bl-iskor ta’ 9-1. Dakinhar Boniperti lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Juventus.
Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Ġunju)
Filmat qasir li joħodna lura għas-sena 1967 meta, proprju bħal-lum, Juventus għelbu lil Lazio 2-1 fil-kampjonat.
Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Mejju)
Fit-28 ta’ Mejju 1972 Juventus rebħu l-kampjonat Taljan għall-erbatax-il darba fl-istorja tagħhom. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Vicenza 2-0 biex b’hekk saru champions tal-Italja f’kampjonat mall-aktar missielet b’taqtigħa sal-aħħar ġurnata bejn ħames timijiet għar-rebħ tal-kampjonat.
Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Mejju)
Meta nagħtu titwila lejn il-passat insibu li bħal-lum fl-1983 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Hamburg. Dakinhar David (Hamburg) kien għeleb lil Gulija (Juventus)!
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Mejju)
Fit-23 ta’ Mejju 1988 kien intlagħab Derby partikulari hekk kif Torino u Juventus temmew il-kampjonat b’punti indaqs u għaldaqstant kien hemm il-ħtieġa ta’ decider sabiex ikun deċiż min se jilgħab fl-Ewropa. Id-Derby intemm bl-iskor ta’ 0-0 u Juventus daħlu fl-Ewropa wara l-għoti tal-penalties.
Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Mejju) … żewġ Tazzi mirbuħa fl-Ewropa minn Juventus
Fis-serje tagħna tal-partiti mill-passat, illum bi pjaċir qed inwasslulkom żewġ filmati ta’ partiti li ntlagħbu fis-16 ta’ Mejju. Fiż-żewġ okkażjonijiet Juventus rebħu tazzi Ewropej: it-Tazza tat-Tazzi (1984) u t-Tazza Uefa (1990).
Matthew Scerri
Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Mejju)
Il-partita tal-lum mill-passat hi Juventus-Genoa tal-15 ta’ Mejju 1983. Skor finali tal-partita 4-2 għall-Bianconeri.