Posts

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Settembru)

Illum qed inwasslulkom partita mit-Tazza Uefa li ntlagħbet bħal-lum fl-1989. L-avversarji kienu Gornik Zabrze, tim Pollakk li ftit tal-jiem qabel Scirea kien mar josserva u jifli mill-qrib biex imbagħad fi triqtu spiċċa tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 0-1 b’Zavarov jagħti rebħa lil Juventus.

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Settembru)

Bħal-lum fl-1983 Juventus kisbu rebħa kbira fuq Ascoli fil-kampjonat. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 7-0. Rossi, Penzo u Platini skurjaw doppjetta kull wieħed, filwaqt li l-gowl l-ieħor kellu l-firma ta’ Boniek.

Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Settembru)

Qabża lura għas-sena 1951 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Spal. Il-partita spiċċat bl-iskor ta’ b’Muccinelli jiskurja l-gowl Juventin.

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Settembru)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għal ħdax-il sena ilu meta Juventus lagħbu kontra Notts County fi tmiem iċ-ċerimonja ta’ ftuħ tal-Juventus Stadium. Notts County kienu ntgħażlu għax fl-1903 Juventus kienu ordnaw flokkijiet ġodda minn Nottingham u kienu ntbagħtulhom flokkijiet bojod u suwed ta’ Notts County.

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Settembru)

Il-filmat li qed inwasslulkom illum joħodna għas-sena 1976. Hi partita tal-Coppa Italia fejn Juventus għelbu lil Sambenedettese bl-iskor ta’ 4-0.

Bħal-lum fil-passat (4 ta’ Settembru)

Lura għas-sena 1991. Fl-4 ta’ Settembru Juventus kienu lagħbu kontra Udinese fil-Coppa Italia. Skor tal-partita 3-0 favur it-tim Juventin.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Awwissu)

Il-filmat tal-lum joħodna sal-2005 meta Juventus lagħbu kontra Chievo fis-Serie A, partita deċiża minn David Trezeguet.

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Awwissu)

Fl-2002 bħal-lum il-kollezzjoni ta’ tazzi tat-tim Juventin rat iż-żieda tas-Super Cup Taljana li l-Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Parma. Dakinhar Camoranesi kien iddebuta għal Juventus.

Bħal-lum fil-passat (18 ta’ Awwissu)

Fl-2013 proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Lazio 4-0 fil-Finali tas-Super Cup Taljana. Dakinhar għal Juventus kienu skurjaw Pogba, Chiellini, Lichtsteiner u Tevez.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Ġunju)

Fl-1965, proprju bħal-lum, Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza tal-Fieri kontra l-Ungeriżi tal-Ferencvaros. Il-filmat t’hawn taħt ifakkarna f’dik il-partita.