Posts

10 ta’ Ġunju 1961: Juventus-Inter 9-1

10 ta’ Ġunju 1961 Juventus kisbu l-akbar rebħa ta’ dejjem fuq Inter f’partita kontroversjali li mmarkat il-bidu tal-mibegħda Nerazzurra fil-konfront tat-tim Juventin. Inter bi protesta lagħbu biż-żgħar u tilfu bl-iskor ta’ 9-1. Dakinhar Boniperti lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Juventus.

Bħal-lum fil-passat (1 ta’ Ġunju)

Filmat qasir li joħodna lura għas-sena 1967 meta, proprju bħal-lum, Juventus għelbu lil Lazio 2-1 fil-kampjonat.

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Mejju)

Doppjetta ta’ Vincenco Iaquinta tat rebħa ta’ 2-0 lil Juventus fuq Lazio fl-2009. Dakinhar Pavel Nedved kien lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus u anki fil-karriera tiegħu.

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Mejju)

Fit-28 ta’ Mejju 1972 Juventus rebħu l-kampjonat Taljan għall-erbatax-il darba fl-istorja tagħhom. Dakinhar Juventus kienu għelbu lil Vicenza 2-0 biex b’hekk saru champions tal-Italja f’kampjonat mall-aktar missielet b’taqtigħa sal-aħħar ġurnata bejn ħames timijiet għar-rebħ tal-kampjonat.

Bħal-lum fil-passat (25 ta’ Mejju)

Meta nagħtu titwila lejn il-passat insibu li bħal-lum fl-1983 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Hamburg. Dakinhar David (Hamburg) kien għeleb lil Gulija (Juventus)!

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (24 ta’ Mejju)

Immorru lura għas-sena 2003 meta Juventus għelbu lil Chievo fil-kampjonat bl-iskor ta’ 4-3 b’gowls ta’ Zalayeta (2), Trezeguet u Zenoni.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Mejju)

Fit-23 ta’ Mejju 1988 kien intlagħab Derby partikulari hekk kif Torino u Juventus temmew il-kampjonat b’punti indaqs u għaldaqstant kien hemm il-ħtieġa ta’ decider sabiex ikun deċiż min se jilgħab fl-Ewropa. Id-Derby intemm bl-iskor ta’ 0-0 u Juventus daħlu fl-Ewropa wara l-għoti tal-penalties.

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

Bħal-lum fil-passat (16 ta’ Mejju) … żewġ Tazzi mirbuħa fl-Ewropa minn Juventus

Fis-serje tagħna tal-partiti mill-passat, illum bi pjaċir qed inwasslulkom żewġ filmati ta’ partiti li ntlagħbu fis-16 ta’ Mejju. Fiż-żewġ okkażjonijiet Juventus rebħu tazzi Ewropej: it-Tazza tat-Tazzi (1984) u t-Tazza Uefa (1990).

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Mejju)

Il-partita tal-lum mill-passat hi Juventus-Genoa tal-15 ta’ Mejju 1983. Skor finali tal-partita 4-2 għall-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Mejju) … Cinque maggio

Illum ma nistgħux ma nfakkrux anniversarju għal qalb kull sapporter Juventin, moment storiku li ħafna minna għexu u li se jibqa’ mmarkat f’qalbna u f’moħħna għal dejjem. Qed nirreferi għall-famuż “Cinque Maggio”. Il-video t’hawn taħt ifakkarna sew dik il-ġurnata.