Posts

Ħalliena Boniperti

Tħabbret il-mewt ta’ Giampiero Boniperti. Hu ħalliena dal-lejl minħabba kumplikazzjonijiet f’qalbu. Boniperti daħal fil-familja Juventina fl-1946 fl-età ta’ 17-il sena. Lagħab għal ħmistax-il sena bil-flokk ta’ Juventus għal total ta’ 444 partita. Bejn l-1971 u l-1990 serva bħala President ta’ Juventus, filwaqt li bejn l-1991 u l-1994 kien CEO tal-klabb. Fl-aħħar ħmistax-il sena hu kien President Onorarju tal-Club. Illum id-dinja Juventina tilfet wieħed mill-iprem protagonisti tagħha u konvinti li ismu se jibqa’ mnaqqax għal dejjem fil-kotba tal-istorja ta’ Juventus.

Matthew Scerri