Posts

Buffon mill-ewwel minuta kontra Parma

Gigi Buffon illejla mistenni jkun qed jiddefendi l-lasti ta’ Juventus kontra l-eks tim tiegħu, Parma. Buffon kien iddebutta fis-Serie A ma’ Parma fid-19 ta’ Novembru 1995. Fit-tim Juventin hemm diversi plejers li lanqas biss kien għad twieldu dakinhar li Buffon lagħab l-ewwel partita tiegħu fis-Serie A (nies bħal Kulusevski, Arthur, Bentancur, McKennie, Chiesa, De Ligt u Demiral għandhom inqas minn 25 sena! Saħansitra Buffon kien lagħab ma’ missier Federico Chiesa fi żmien Parma). Ħamsa u għoxrin sena wara Buffon għadu fost l-aqwa gowlers tad-dinja u minkejja li x-xahar id-dieħel jagħlaq 43 sena, jidher li tmiem il-karriera ta’ Buffon mhuwiex fil-qrib!

Matthew Scerri

Aktar rekords għal Buffon

Fl-età ta’ 42 sena u 10 xhur, Gigi Buffon hu t-tieni l-ixjaħ plejer li qatt lagħab fiċ-Champions League. L-ixjaħ wieħed li qatt lagħab hu Marco Ballotta li kien iddefenda l-lasti ta’ Parma fl-età ta# 43 sena.

Buffon hu l-uniku plejer li rnexxilu jilgħab minn tal-inqas partita waħda f’erba’ deċenji konsekuttivi. Insomma, mhux ta’ b’xejn hu leġġenda!

Matthew Scerri

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!

Matthew Scerri

Buffon u Demiral mill-ewwel minuta

Minn hawn u ftit tal-minuti oħra suppost inkunu nafu liema se jkunu l-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Crotone. Kollox jindika li llum Buffon u Demiral se jibdew mill-ewwel minuta. Huma se jkunu qed iserrħu ftit lil Szczesny u lil Chiellini.

Matthew Scerri