Posts

Tottenham lesti jixtru lil Kulusevski għal kollox

Tottenham huma mistennija li jixtru għal kollox lil Dejan Kulusevski fis-sajf 2023. Huma mar tajjeb ferm magħhom minn Jannar ‘l hawn u jidher tassew għal qalbu mal-iSpurs. Tajjeb infakkru li Tottenham ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 35 miljun Ewro jekk dis-sena jilgħab minn tal-inqas 45 minuta f’għoxrin partiti ta’ Tottenham. L-obbligu li jixtruh għal kollox jidħol fis-seħħ anki jekk Tottenham jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiltlaħqux, Tottenham ikollhom id-dritt u mhux l-obbligu li jixtru lil Kulusevski għal kollox. Dad-dritt Tottenham jidhru intenzjonati li jużawh tant huma sodisfatti bil-wirjiet tal-Iżvediż.

Matthew Scerri

Uffiċjali t-trasferiment ta’ Zakaria ma’ Chelsea

Juventus ħabbru d-dettalji tal-ftehim ma’ Chelsea sabiex Denis Zakaria jingħaqad mal-klabb Ingliż b’self għal sena. Chelsea se jħallsu 3 miljun Ewro għal das-self, u hemm 1 miljun Ewro ieħor f’bonuses. Is-sena d-dieħla, Chelsea jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għal 28 miljun Ewro, flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses.

Matthew Scerri

It-trasferimenti uffiċjali kollha għat-tim Juventin

Plejers li ngħaqdu ma’ Juventus

Bremer (difensur, Torino)

Di Maria (winger, PSG)

Fagioli (midfielder, Cremonese)

Gatti (difensur, Frosinone)

Kostic (winger, Eintracht Frankfurt)

Milik (attakkant, O. Marseille)

Paredes (midfielder, PSG)

Pogba (midfielder, Manchester United)

 

Plejers mibjugħa jew mislufa minn Juventus lil timijiet oħra

Arthur (misluf lil Liverpool)

Bernardeschi (intemmlu l-kuntratt, Toronto)

Brunori (mibjugħ lil Palermo)

Cambiaso (misluf lil Bologna)

Chiellini (kuntratt itterminat qabel iż-żmien, Los Angeles FC)

De Ligt (mibjugħ lil Bayern Munich)

Demiral (mixtri għal kollox minn Atalanta)

De Winter (misluf lil Empoli)

Dybala (intemmlu l-kuntratt, Roma)

Frabotta (misluf lil Lecce)

Isreal (mibjugħ lil Sporting Lisbon)

Mandragora (mibjugħ lil Fiorentina)

Morata (wasal fi tmiemu s-self tiegħu, Atletico Madrid)

Nicolussi Caviglia (misluf lil SudTirol FC)

Pellegrini (misluf lil Eintracht Frankfurt)

Pjaca (misluf lil Empoli)

Ramsey (ftehim biex il-kuntratt tiegħu jkun itterminat)

Ranocchia (misluf lil Monza)

Rovella (misluf lil Monza)

Vrioni (mibjugħ lil New England Revolution)

Wesley (mibjugħ lil Cruzeiro)

Zakaria (misluf lil Chelsea)

Zanimacchia (misluf lil Cremonese)

Zakaria lejn self ma’ Chelsea

Denis Zakaria qed jagħmel it-testijiet mediċi f’Turin sabiex jingħaqad b’self ma’ Chelsea. Il-klabb Ingliż se jkollu d-dritt li jixtrih għal kollox is-sena d-dieħla allegatament għal 30 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Juventus mhux se jixtru gowler ieħor

Il-lejla fit-8 ta’ filgħaxija jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fl-Italja. Juventus mhux mistennija jixtru jew jiksbu aktar plejers. Dal-lejl kien hemm xniegħat li se jiksbu gowler ġdid peress li għall-ewwel kien maħsub li l-injury ta’ Szczesny kien gravi. Jidher imma mill-ewwel testijiet li sarulu, il-gowler Pollakk la sofra ksur u lanqas ma wegga’ l-legamenti. Fi kliem ieħor m’għandux idum barra.

Matthew Scerri

Arthur misluf lil Liverpool

Il-Brażiljan Arthur telaq minn Turin dalgħodu biex imur jagħmel it-testijiet mediċi fl-Ingilterra għal ma’ Liverpool. Hu se jingħaqad magħhom b’self għal sena, b’Liverpool allegatament m’għandhom ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox. Sal-bieraħ kien qed jissemma li Arthur kien se jiffirma għal Sporting, biss dal-lejl l-affarijiet inbidlu hekk kif Liverpool għamlu kuntatt mal-aġent tiegħu.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Rovella misluf lil Monza

Monza għadhom kif ħabbru li kisbu b’self lil Nicolo’ Rovella mingħand Juventus. Is-self hu għal sena waħda biss.

Matthew Scerri

Konferma minn Pariġi li Paredes hu miftiehem ma’ Juventus

Il-kowċ ta’ PSG, Christophe Galtier ikkonferma li Paredes għandu ftehim ma’ Juventus. Fi kliemu Paredes moħħu f’Juventus minkejja li għadu plejer ta’ PSG. Fis-sigħat li ġejjin it-trasferiment mistenni jkun uffiċjali.

Matthew Scerri

Erba’ klabbs interessati li jiksbu lil Arthur

Nhar is-Sibt Arrivabene għamilha ċara li hu essenzjali għal Juventus li jneħħu lil xi plejers li għandhom fit-tim sabiex ma jkunx hemm piż żejjed fuq l-accounts tal-klabb. Wieħed mill-plejers li Juventus iridu jneħħu hu Arthur. Nafu li Valencia ilhom iriduh b’self. Klabbs oħra li fl-aħħar sigħat urew interess fih huma: Nice, Sporting Lisbon u Everton. L-aġent qed jaħdem bla qatigħ bil-għan li tinstab soluzzjoni li twassal biex Arthur jingħaqad ma’ tim ieħor li jkun jista’ jiggarantixxi lill-midfielder Brażiljan post fiss mal-ewwel ħdax tat-tim tiegħu.

Matthew Scerri

Paredes-Juventus. Trasferiment fil-qrib ħafna

F’dawn is-sigħat Juventus qed jiffinalizzaw il-ftehim ma’ PSG biex jiksbu lil Leandro Paredes b’self għal sena. Il-klabbs allegatament resqin lejn qbil għal self b’ Juventus ikollhom id-dritt li jixtru lil Paredes għal kollox is-sena d-dieħla għal 15-il miljun Ewro. Jidher li l-aħħar dettalji li l-klabbs għad iridu jsibu ftehim dwarhom huma l-kundizzjonijiet li jwasslu biex dan id-dritt isir obbligu min-naħa ta’ Juventus li jixtru lil Paredes għal kollox.

Matthew Scerri