Posts

Juventus fost it-timijiet li l-aktar huma interessati f’Demir

Juventus tefgħu għajnejhom fuq talent żagħżugħ ieħor li qed jagħmel isem għalih innifsu fix-xena Ewropea. Qed nirreferu għal Yusuf Demir, trekwartista ta’ 17-il sena li kellu wirjiet mill-aqwa ma’ Rapid Vienna. Apparti Juventus, jidher li hu qed ikun segwit anki minn Borussia Dortmund u Bayern Munich.

Matthew Scerri

Interess f’Dybala mill-Ingilterra

Is-sit todofichajes.com qed isostni li klabbs Ingliżi għadhom interessati ferm fl-akkwist ta’ Paulo Dybala. Il-klabbs huma: Chelsea u Manchester United. Il-prezz li Juventus qed jitolbu għalih hu ta’ 85 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Dembélé

L-interess ta’ Juventus f’Ousmane Dembélé jidher li għadu ħaj iktar minn qatt qabel. Skont SportMole Barcellona niżlu ftit mill-prezz li qed jitolbu għalih. Issa jidher li l-Ispanjoli lesti jbigħuh għal 50 miljun Ewro. Fis-sajf 2021 Juventus x’aktarx se jagħmlu tentattiv biex jixtruh.

Matthew Scerri

Everton għadhom iridu lil Rabiot

L-għidut tal-calciomercato ma jieqaf qatt u ċerta plejers jidhru dejjem imdendlin, fis-sens li jidhru li se jkunu qed jitilqu lit-tim tagħhom fi kwalunkwe mument. Wieħed minn dawn il-plejers hu Rabiot. Everton jidhru li għadhom qed isegwuh mill-qrib u x’aktarx se jkunu qed jagħmlu tentattiv ieħor f’Jannar biex jiffirmawh mingħand Juventus.

Matthew Scerri

Kollu tort ta’ Bernardeschi?

Juventus kellhom ftehim ma’ O.Lyon biex jixtru lil Aouar għas-somma ta’ 50 miljun Ewro flimkien mas-self ta’ Bernardeschi. Hekk għallinqas qed isostni France Football. Madankollu Bernardeschi ma riedx jaċċetta dat-trasferiment u għaldaqstant Aouar baqa’ ma’ O.Lyon.

Matthew Scerri

Juventus ressqu offerta għal Sergio Ramos

El Chiringuito Tv żvelaw li Real Madrid għadhom ma bdewx it-taħdidiet ma’ Sergio Ramos dwar il-kuntratt il-ġdid tiegħu. Intant id-difensur Spanjol diġà rċieva offerti mingħand Juventus u PSG. Ramos għandu kuntratt li jiskadi fl-2021 u allura minn Frar se jkun free-agent u se jkun jista’ jinnegozja ma’ liema klabb irid għal trasferiment fis-sajf.

Matthew Scerri

Emerson Palmieri mhuwiex kuntent ma’ Chelsea

Emerson Palmieri stqarr li ma’ Chelsea “l-affarijiet mhumiex sejrin kif nixtieq bħalissa.” Kliem li jixhed li l-full-back ma jinsabx għal qalbu ma’ Chelsea u probabbilment jixtieq bidla ta’ klabb f’Jannar. Juventus u Inter għadhom interessati sew fih.

Matthew Scerri

Juventus b’offerta għal Alaba

Minn Frar 2021 David Alaba se jkun free-agent hekk kif il-kuntrat tiegħu ma’ Bayern Munich jasal fi tmiemu fis-sajf tas-sena d-dieħla. Juventus jidhru li huma interessati li jiksbu s-servizzi tiegħu u lesti joffrulu paga ta’ 8 miljuni fis-sena.

Matthew Scerri

Arthur hu t-tieni l-aktar plejer li sewa flus fl-Ewropa

Is-sit Fichajes.net ippubblika l-klassifika tal-aktar ħames trasferimenti li swew flus das-sajf fl-Ewropa. Fl-ewwel post insibu lil Kai Havertz li Chelsea xtraw għal 80 miljun. Warajh hemm l-akkwist ta’ Juventus, Arthur, li sewa 72 miljun. Fit-tielet post Osimen ta’ Napoli (70 miljun), li kien jiswa ftit iktar minn Ruben Dias (Manchester City ħallsu 68 miljun għalih). Fil-ħames post, imbagħad, hemm l-akkwist ta’ Pjanic għal 60 miljun Ewro min-naħa ta’ Barcellona.

Matthew Scerri

Ivvota: X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar ix-xiri/bejgħ/self ta’ plejers min-naħa ta’ Juventus das-sajf?

Għidulna kif taħsbuha dwar kif imxew Juventus fis-suq tat-trasferimenti das-sajf. Segwu l-ħolqa t’hawn taħt biex tgħidulna kif taħsbuha. Grazzi lil kulmin se jieħu sehem.

https://app.ex.co/stories/juvemm10/ivvota-x-inhi-l-opinjoni-tieg-ek-dwar-ix-xiri-bejg-self-ta-plejers-min-na-a-ta-juventus-das-sajf-