Posts

It-trasferimenti kollha ta’ Juventus das-sajf

Is-suq tat-trasferimenti hu issa uffiċjalment magħluq. F’dis-sessjoni tas-sajf, Juventus kisbu lil Morata, Chiesa, McKennie u Arthur, flimkien ma’ Kulusevski li kien inxtara f’Jannar. Inxtara mill-ġdid anki Mandragora li tħalla b’self ma’ Udinese.

Telqu lil Juventus: Pjanic (Barcellona), Rugani (Rennes), Pellegrini (Genoa), Romero (Atalanta), Perin (Genoa), Pjaca (Genoa), Nicolussi Caviglia (Parma), De Sciglio (O.Lyon) u Douglas Costa (Bayern Munich). Ta’ min jgħid li, apparti Pjanic, il-plejers kollha imsemmija, ġew mislufa u mhux mibjugħa. Saru, imbagħad, diversi trasferimenti ta’ plejers mit-tim Under 23 u l-Primavera.

Apparti dawn telqu anki Matuidi u Higuain ma’ Inter Miami wara li xoljew il-kuntratt ma’ Juventus. Paratici naqas imma li jsib ftehim ma’ Khedira biex il-kuntratt tiegħu jkun itterminat qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Chiesa hu plejer ta’ Juventus!

Federico Chiesa hu uffiċjalment plejer ta’ Juventus. Hu ngħaqad b’self ma’ Juventus għal sentejn, bid-dritt jew l-obbligu għall-Bianconeri li jixtruh għal kollox fl-2022. Is-self f’das-sentejn se jkun imħallas 10 miljun Ewro ( 3 miljuni dis-sena u 7 miljuni s-sena d-dieħla). Fl-2022 Juventus se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox, liema dritt isir obbligu jekk jintlaħqu ċerta miri f’dawn is-sentejn. Il-prezz tax-xiri se jkun ta’ 40 miljun Ewro, flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses.

Matthew Scerri

Uffiċjali: De Sciglio misluf lil O.Lyon

Juventus ħabbru li Mattia De Sciglio ngħaqad ma’ O.Lyon b’self għal sena. Hu telaq lil Juventus wara tliet snin fejn rebaħ tliet kampjonati, Coppa Italia u Super Cup Taljana.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Douglas Costa misluf lil Bayern Munich

Bayern Munich ħabbru li ngħaqad mill-ġdid magħhom b’self għal sena. Fl-ewwel stqarrija tiegħu, Douglas Costa stqarr li jinsab kuntent li se jkun qed jerġa’ jilgħab għal Bayern u awgura li l-klabb jikseb aktar unuri.

Matthew Scerri

Nicolussi Caviglia misluf lil Parma

Hans Nicolussi Caviglia se jkun qed jilgħab ma’ Parma f’dan l-istaġun. Hu se jingħaqad magħhom b’self u sa fejn nafu s’issa Parma mhux se jkollhom ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox.

Matthew Scerri

Daqt jibdew it-testijiet mediċi ta’ Douglas Costa

Illum waranofsinhar se jsiru t-testijiet mediċi qabel Douglas Costa jkun jista’ jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich. Minn dak li nafu s’issa, Bayern mhux se jkollhom ebda dritt jew obbligu li jixtru lil Costa għal kollox.

Matthew Scerri

It-testijiet mediċi ta’ Chiesa direttament f’Firenze

It-testijiet mediċi ta’ Federico Chiesa mhumiex qed isiru fil-JMedical imma fi l-Clinica Fanfani fil-belt ta’ Firenze. Dan l-għaliex Chiesa llum irrid ikun Coverciano, ftit ‘il bogħod minn Firenze, għall-impenji tat-tim nazzjonali.

Matthew Scerri

Emerson Palmieri jew Alonso minflok De Sciglio

Bit-tluq probabbli ta’ De Sciglio, Juventus se jkunu jistgħu jieħdu full-back ieħor. Għaddejjin kuntatti ma’ Chelsea għal Emerson Palmieri. Jidher li f’dan l-istadju Chelsea qed jippreferu jneħħu minflok li Alonso. Juventus, għalkemm qed jagħti preferenza lil Emerson Palmieri, xorta waħda jaf finalment jaċċettaw lil Alonso. It-trasferiment se jseħħ fuq bażi ta’ self.

Matthew Scerri

Juventus mhux se jressqu offerta għal Aouar

Skont Calciomercato.com Juventus infurmaw lil O.Lyon li mhux se jressqu offerta għal Houssem Aouar. Il-Franċiżi jridu 50 miljun Ewro cash u bħalissa Juventus mhumiex f’pożizzjoni li jressqu offerta ta’ dat-tip.

Matthew Scerri

Chiesa b’self ma’ Juventus għal sentejn

Federico Chiesa mistenni jkun Turin dalgħodu għat-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Hu se jkun qed jingħaqad b’self ma’ Juventus għal sentejn, liema self se jkun imħallas 2 miljuni fl-ewwel sena u 8 miljuni t-tieni sena. Fl-2022 Juventus se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 40 miljun jekk: (i) Juventus jieħdu sehem fiċ-Champions League fis-sentejn li ġejjin; (ii) Chiesa jilgħab 60% tal-partiti f’das-sentejn; jew (iii) Chiesa jiskorja għaxar gowls jew joħloq għaxar assists fis-sentejn li jmiss. Is-somma ta’ 40 miljun tista’ titla’ għal 50 miljun bil-bonuses.

Matthew Scerri