Posts

Il-poloz taċ-Champions League fil-25 ta’ Awwissu

Fadal xahar biex inkunu nafu min se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-grupp taċ-Champions League. Il-poloz se jittellgħu fil-25 ta’ Awwissu f’Nyon wara li jkunu ntemmu l-partiti tar-rawnds preliminari. Juventus did-darba se jkunu fit-tieni urna u allura hemm ċans kbir li jkollhom avversarju qawwi fil-grupp.

Matthew Scerri

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti ta’ Juventus fil-grupp taċ-Champions League

L-Uefa ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tal-gruppi kollha taċ-Champions League. Juventus se jkunu impenjati kif ġej:

Malmo-Juventus (14 ta’ Settembru 2021, 9.00 ta’ filgħaxija)

Juventus-Chelsea (29 ta’ Settembru 2021, 9.00 ta’ filgħaxija)

Zenit-Juventus (20 ta’ Ottubru 2021, 9.00 ta’ filgħaxija)

Juventus-Zenit (2 ta’ Novembru 2021, 9.00 ta’ filgħaxija)

Chelsea-Juventus (23 ta’ Novembru 2021, 9.00 ta’ filgħaxija)

Juventus-Malmo (8 ta’ Diċembru 2021, 6.45 ta’ filgħaxija)

Matthew Scerri

L-Uefa tikteb lill-Juventus u lill-FIGC

L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa qed tirraporta li fl-14 ta’ Ġunju Juventus irċevew ittra uffiċjali mingħand l-Uefa fejn kien konfermat li Juventus se jieħdu sehem fiċ-Champions League 2021/22. Kopja tal-ittra ntbagħtet anki lill-FIGC.

Matthew Scerri

Ftit inqas minn 70 miljuni għal Juventus miċ-Champions League

Skont Calcio e Finanza dis-sena l-klabbs Taljani daħħlu komplessivament 192.2 miljun Ewro miċ-Champions League. L-iktar tim li kellu dħul mill-ogħla kompetizzjoni Ewropea kienu Juventus b’total ta’ 68.68 miljun Ewro. Diċ-ċifra hi ferm inferjuri għal dik li s-soltu Juventus idaħħlu miċ-Champions League.

Matthew Scerri

Kuipers se jmexxi Juventus-Porto

L-Uefa għażlet lil Bjorn Kuipers biex imexxi l-partita taċ-Champions League bejn Juventus u Porto. Hu jġib memorji sbieħ lilna s-supporters ta’ Juventus hekk kif kien ir-referee tal-partita Juventus-A. Madrid li rat lill-Bianconeri jirbħu 3-0 f’waħda mill-isbaħ wirjiet ta’ Juventus fl-aħħar snin.

Matthew Scerri

Illum jittellgħu l-poloz taċ-Champions League

Il-poloz tal-fażi tan-knock-out tal-Uefa Champions League se jittellgħu llum f’nofsinhar. It-timijiet se jkunu mqassma hekk:

L-ewwel urna: Bayern Munich, Real Madrid, Manchester City, Liverpool, Chelsea, Borussia Dortmund, Juventus, PSG.

It-tieni urna: Atletico Madrid, Borussia Monchengladbach, Porto, Atalanta, Sevilla, Lazio, Barcellona, RP Leipzig.

Matthew Scerri

Magħrufa t-timijiet kollha li għaddew għar-Rawnd li jmiss taċ-Champions League

Wara l-partiti tal-bieraħ issa sirna nafu l-ismijiet tat-timijiet li għaddew għall-fażi tan-knock-out taċ-Champions League:

L-ewwel urna: Bayern Munich, Real Madrid, Manchester City, Liverpool, Chelsea, Borussia Dortmund, Juventus, PSG.

It-tieni urna: Atletico Madrid, Borussia Monchengladbach, Porto, Atalanta, Sevilla, Lazio, Barcellona, RP Leipzig.

Matthew Scerri

Stieler se jmexxi Barcellona-Juventus

L-Uefa għażlet lil Tobias Stieler sabiex imexxi l-konfront bejn Barcellona u Juventus. Din se tkun it-tielet darba li r-referee Ġermaniż se jkun qed imexxi partita ta’ Juventus fiċ-Champions League. Fid-darbtejn ta’ qabel Juventus kienu għelbu lil Olympiacos 2-0 fl-2017 u tilfu kontra l-Young Boys fl-2018.

Matthew Scerri