Posts

Chiellini barra mill-azzjoni sal-aħħar tax-xahar

Juventus tilfu lil Giorgio Chiellini għal madwar tliet ġimgħat hekk kif sofra injury fil-pexxun. Mit-testijiet li sarulu rriżulta li l-injury mhuwiex ta’ entità gravi. Fl-istqarrija ta’ Juventus ma hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jdum barra, biss il-gazzetti u l-websites qed jirraportaw li se hu se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni sal-aħħar tax-xahar.

Matthew Scerri

Chiellini fuq il-passi ta’ Dino Zoff

39 sena ilu Dino Zoff għolla t-Tazza tad-Dinja bħala captain tal-Italja wara li l-Azzurri għelbu lill-Ġermanja 3-1 fil-Finali. Illejla Giorgio Chiellini għandu l-opportunità li jgħollu t-tazza tal-Euro2020 bħala captain tal-Italja, dejjem jekk it-Taljani jirnexxilhom jirbħu lill-Ingilterra. Interessanti li llejla Chiellini se jkun qed jilgħab għall-112-il darba fil-flokk tal-Italja u se jilħaq proprju lil Dino Zoff fil-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar għall-Italja. SA fejn nafu, din se tkun l-aħħar partita ta’ Chiellini bil-flokk tal-Italja peress li l-indikazzjonijiet huma li hu se jirtira mit-tim nazzjonali.

Matthew Scerri

Chiellini. Daqshekk plejer ta’ Juventus?

Qed ikun irrapurtat minn diversi siti u gazzetti li Juventus mhux beħsiebhom joffru kuntratt ġdid lil Giorgio Chiellini. Il-kuntratt tiegħu jasal fi tmiemu f’Ġunju u għaldaqstant Chiellini se jkun qed iħalli lil Juventus wara diversi snin. Qed jissemma li Chiellini jista’ jmur itemm il-karriera l-Amerka, għalkemm mhux eskluż li Juventus joffrulu xogħol fi ħdan id-diriġenza.

Matthew Scerri

Chiellini tkellem ma’ Agnelli dwar il-futur tiegħu

Giorgio Chiellini kellu laqgħa personali ma’ Andrea Agnelli fejn, skont La Gazzetta dello Sport, tkellmu dwar il-futur tad-difensur Taljan ma’ Juventus. Jidher li s’issa Chiellini għadu ma ħa ebda deċiżjoni dwar x’se jkun qed jagħmel fl-istaġun li ġej. Qed jissemma ħafna li hu jista’ jmur itemm il-karriera fl-MLS Amerikana. Mhux eskluż, però, li Chiellini jirtira u jibda jaħdem għal Juventus bħala diriġent.

Matthew Scerri

Chiellini: “Qatt ma tim ieħor fl-Italja jew fl-Ewropa”

Intervistat minn Sky, Giorgio Chiellini stqarr dan li ġej: “Waqt il-waqfa kien qisu t-tiġdid tal-kuntratti tiegħi u ta’ Buffon kienet problema, iżda mhuwiex hekk. Aħna la qatt konna u la qatt m’aħna se nkunu problema.” Chiellini eskluda l-possibbiltà li jmur jilgħab ma’ tim ieħor: “Bir-rispett kollu m’jien qatt se nilgħab għal tim ieħor fl-Italja jew fl-Ewropa. Hu biss fantamercato. Mhix kwistjoni attwali. Bħalissa moħħna kollha fuq Zapata, Muriel u Malinovskyi. Għandi ħafna ħsibijiet dwarhom. L-affarijiet l-oħra jiġu wara u huma ‘l bogħod ħafna minn dak li jien bħalissa kkunċentrat fuqu.”

Matthew Scerri

Chiellini r-raba’ plejer li lagħab l-aktar għal Juventus

Kontra Napoli Giorgio Chiellini lagħab il-partita numru 528 fil-karriera tiegħu bil-flokk ta’ Juventus f’partiti uffiċjali. Hu laħaq lil Furino fir-raba’ post tal-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar għal Juventus f’kull żmien. It-tliet plejers  li lagħbu iktar minn Chiellini u Furino huma: Del Piero (705), Buffon (682) u Scirea (552).

Matthew Scerri