Posts

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Roma

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Roma. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 48% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Sampdoria-Juventus

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Sampdoria u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 59% tal-voti, segwit minn Chiesa b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Cuadrado b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Inter-Juventus

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Inter u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 36% tal-voti, segwit minn Szczesny b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil McKennie b’11% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Chiellini: “Qatt ma dħalna fil-partita”

https://www.youtube.com/watch?v=bs-aaJ3PNYw

Injury ieħor għal Chiellini

Giorgio Chiellini sofra injury muskolari ieħor waqt is-sessjoni ta’ taħriġ lejlet il-partita kontra Dynamo Kiev. Hu kważi żgur li, apparti l-partita t’għada, se jkollu jitlef anki d-Derby ta’ Turin.

Matthew Scerri

Chiellini u Demiral lura għat-training mat-tim

Chiellini u Demiral illum ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u għaldaqstant jidhru li rkupraw mill-injuries li sofrew fl-aħħar perjodu. Issa wieħed irid jara jekk Pirlo huwiex se jirriskjahom nhar l-Erbgħa kontra Dynamo, partita li sostanzjalment mhix wisq importanti minħabba li Juventus diġà għaddew għar-rawnd li jmiss, jew inkella jippreferixxix jagħtuhom ftit iktar jiem ta’ training u jilgħabhom fid-Derby.

Matthew Scerri

Id-difiża 3D ġdida ta’ Juventus

L-epoka tal-BBBC tidher li riesqa b’pass mgħaġġel lejn tmiemhom. Wara li rtira Barzagli, kollox jindika li din se tkun l-aħħar sena għal Chiellini. Bonucci wkoll qed jikber u naqqas ħafna fil-wirjiet tiegħu. Nhar is-Sibt kontra Cagliari kellna għall-ewwel darba wara snin, difiża ġdida. Difiża 3D qed tissejjaħ għax magħmula minn Danilo, De Ligt u Demiral. Il-proċess ta’ tiġdid tad-difiża qed iħalli r-riżultati mixtieqa. De Ligt hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa difensuri tad-dinja. Demiral ukoll hu blata fuq wara għalkemm irid jitgħallem joqgħod attent li jaqla’ inqas karti sofor u ħomor. Danilo, imbagħadm, qed ikollu staġun mill-aqwa wara li fis-sena li għaddiet ddeluda f’diversi okkażjonijiet. Illum, iktar min qatt qabel, Juventus jistgħu jserrħu rashom li kapaċi jgħaddu mingħajr il-BBBC!

Matthew Scerri

Nuno Mendes jista’ jkun l-eredi ta’ Chiellini ma’ Juventus

Hekk kif Chiellini daħal fl-aħħar sena tal-karriera tiegħu, Juventus bdew ifittxu eredi għalih. A Bola qed tirraporta li Juventus huma interessati flimkien ma’ Arsenal, Manchester United, Wolves u Milan, fl-akkwist ta’ Nuno Mendes. Hu difensur ċentrali li jista’ jilgħab anki mal-linja xellugija, bħal Chiellini insomma. Sporting Lisbon qed jitolbu 70 miljun Ewro għalih.

Matthew Scerri

Chiellini għandu madwar xahar barra

Rapporti, mhux konfermati min-naħa ta’ Juventus, qed isostnu li Giorgio Chiellini se jkollu jibqa’ madwar xahar barra mill-azzjoni minħabba l-injury li sofra dan l-aħħar. Skont La Gazzetta dello Sport Chiellini se jitlef żgur is-sitt partiti li jmiss tal-Bianconeri. B’xorti tajba De Ligt wasal biex jidħol lura.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar il-plejers b’injury

Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu.

Matthew Scerri