Posts

Anniversarju: 15/10/2005 Chiellini jiddebutta ma’ Juventus

Illum qed niċċelebraw il-ħmistax-il anniversarju mid-debutt ta’ Giorgio Chiellini bil-flokk ta’ Juventus. Dakinhar Juventus kienu lagħbu kontra Messina. Għaddew ħmistax-il sena u Chiellini daħal fil-klassifika tal-għaxra li l-aktar lagħbu ma’ Juventus.

X’kiteb Chiellini fuq Instagram wara l-partita li lagħab mat-tim nazzjonali

Suarez diġà tkellem ma’ Chiellini u Bentancur

Allegatament fl-aħħar jumejn Luis Suarez għamel xi telefonati lil plejers ta’ Juventus. Skont La Gazzetta dello Sport, l-ewwel telefonata saret lil Chiellini li kien vittma ta’ gidma min-naħa ta’ Suarez fit-Tazza tad-Dinja tal-2014. Tajjeb ngħidu li t-tnejn li huma kienu diġà ċċaraw dak l-episodju bejniethom jumejn wara l-gidma. Issa Suarez ried ikun ċert li Chiellini kien nesa l-episodju u li m’għandux problemi li jkunu fl-istess tim. It-tieni telefonata li allegatament saret, did-darba skont IlBianconero.com, rat lil Suarez jitkellem ma’ Bentancur. It-tnejn li huma jilagħbu flimkien fit-tim nazzjonali u jidher li Suarez xtaqt isir jaf ‘minn ġewwa’ lit-tim Juventin.

Matthew Scerri

Chiellini: “Għandi rispett lejn Sarri”

“Kien staġun diffiċli u nqalgħu wisq affarijiet anki barra l-grawnd. Naħseb imma li kulħadd għamel il-massimu tiegħu biex jintlaħaq l-għan li Juventus jirbħu l-kampjonat. Min-naħa tagħna, min-naħa tiegħi, hemm rispett kbir lejn Sarri.” Hekk tkellem Chiellini fil-konferenza tal-aħbarijiet tat-tim nazzjonali Taljan. Jidher, insomma, li mhu veru xejn li kien hemm qasma bejn il-kowċ Juventin u l-plejers.

Matthew Scerri