Posts

Supporters ta’ Fiorentina jċapċpu lil Fourneau talli keċċa lil Chiesa

Fl-iStadio Artemio Franchi ta’ Firenze llejla kellna episodju ieħor tal-mibegħda tas-supporters ta’ Fiorentina fil-konfront ta’ Chiesa. Wara li xebgħu jgħajruh personalment u fuq is-social media, issa waslu jċapċpu lir-referee Francesco Fourneau li keċċieh fl-aħħar partita.

Matthew Scerri

Chiesa sospiż għal partita waħda. Multa għal Paratici

Chiesa ġie sospiż għal partita waħda fis-Serie A mill-Imħallef tal-Isports wara li tkeċċa kontra Crotone. Hu se jkun qed jitlef il-partita li jmiss.

Barra minn hekk Fabio Paratici ġie mmultat 10,000 Ewro talli fit-43 minuta tat-tieni taqsima qal kliem mhux xieraq fil-konfront tal-uffiċċjali li kienu qed imexxu l-partita.

Matthew Scerri

Chiesa jitlob il-paga sal-5 ta’ Ottubru lil Fiorentina

Wara li għajruh traditur u insultaw anki lil ħuh, issa s-supporters ta’ Fiorentina qed ikomplu jiġu mxewxa kontra Chiesa. Is-sit Fiorentinanews qed jirraporta li Chiesa talab lil Fiorentina li jħallsulu l-paga għall-ewwel ħamest ijiem ta’ Ottubru meta kien għadu plejer ta’ Fiorentina. M’hemmx xi ngħidu, Chiesa għandu kull dritt li jitlob dal-pagament u min qed ixewwex lis-supporters ta’ Fiorentina żgur li għandu aġenda moħbija.

Matthew Scerri

It-trasferimenti kollha ta’ Juventus das-sajf

Is-suq tat-trasferimenti hu issa uffiċjalment magħluq. F’dis-sessjoni tas-sajf, Juventus kisbu lil Morata, Chiesa, McKennie u Arthur, flimkien ma’ Kulusevski li kien inxtara f’Jannar. Inxtara mill-ġdid anki Mandragora li tħalla b’self ma’ Udinese.

Telqu lil Juventus: Pjanic (Barcellona), Rugani (Rennes), Pellegrini (Genoa), Romero (Atalanta), Perin (Genoa), Pjaca (Genoa), Nicolussi Caviglia (Parma), De Sciglio (O.Lyon) u Douglas Costa (Bayern Munich). Ta’ min jgħid li, apparti Pjanic, il-plejers kollha imsemmija, ġew mislufa u mhux mibjugħa. Saru, imbagħad, diversi trasferimenti ta’ plejers mit-tim Under 23 u l-Primavera.

Apparti dawn telqu anki Matuidi u Higuain ma’ Inter Miami wara li xoljew il-kuntratt ma’ Juventus. Paratici naqas imma li jsib ftehim ma’ Khedira biex il-kuntratt tiegħu jkun itterminat qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

It-testijiet mediċi ta’ Chiesa direttament f’Firenze

It-testijiet mediċi ta’ Federico Chiesa mhumiex qed isiru fil-JMedical imma fi l-Clinica Fanfani fil-belt ta’ Firenze. Dan l-għaliex Chiesa llum irrid ikun Coverciano, ftit ‘il bogħod minn Firenze, għall-impenji tat-tim nazzjonali.

Matthew Scerri

Douglas Costa misluf lil Bayern Munich. Juventus lesti jieħdu lil Chiesa

B’sorpriża Juventus laħqu ftehim sabiex Douglas Costa jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich. Il-Brażiljan se jkun qed jirritorna mal-eks tim tiegħu u hekk issa Juventus jistgħu jiffinalizzaw ma’ Fiorentina l-akkwist ta’ Federico Chiesa.

Matthew Scerri