Posts

Miftuħa l-Kampanja Tesseramenti 2021/22

🏆 KAMPANJA TESSERAMENTI MIFTUĦA 🏆

🖤🤍 IFFORMA PARTI MILL-AKBAR JUVENTUS CLUB 🖤🤍

Dar għas-supporters Juventini kollha li hi ta min iżurha u jkun parti minnha. Club b’46 sena ta’ storja. Żortna diġà? X’qed tistenna biex issir membru ta’ wieħed mill-akbar u mill-eqdem Juventus Clubs fid-dinja?

⚽ Tistgħu tinkitbu online permezz tal-website fuq http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online permezz ta’ Paypal, Revolut jew ċekk kif ukoll minn l-uffiċċju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm,

Insellmu l-memorja ta’ Kathia Vidal

Illum qed insellmu l-memorja ta’ supporter Juventina kbira oħra li ħallietna. Dalgħodu fuq il-mezzi tal-media soċjali, ħafna kitbu maħsuda dwar Kathia Vidal. Jien personali ma kontx naf, biss fil-ħafna kummenti li qrajna kulħadd iddeskriviha bħala persuna b’karattru mill-isbaħ. Illum tlifna Juventina oħra u jkolli ngħid li kull darba li jkollna nirrapurtaw stejjer ta’ niket bħal din, inħoss li l-familja Juventina tagħna tkun ġarrbet telfa tassew kbira. Nies bħal Kathia jagħmluna kburin li aħna parti minn dil-familja Juventina. M’għandix dubju li Kathia se tibqa’ tgħix fil-qlub ta’ dawk kollha li kienu jafuha.

Minn hawn nibagħtu l-kondoljanzi lill-familja tagħna.

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Matthew Scerri

Awguri, President!

Illum hu jum għeluq snin il-President tal-Club tagħna, Joseph Fenech. Minn qalbna nawgurawlu li jkollu ġurnata mill-isbaħ mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nirringrazzjawh għas-snin twal ta’ ħidma b’risq il-Juventus Club Vero Amore u jalla l-Presidenza tiegħu tkompli tkun mimlija suċċessi għall-Club tagħna anki fis-snin li ġejjin.

Insellmu l-memorja tal-ħabib tagħna George

Dalgħodu ħallina membru tal-klabb tagħna George, supporter kbir bħalna tal-Juventus u għal snin twal membru regolari ġewwa il-klabb ta’ B’Kara. Strieħ fi sliem ħabib u kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Joseph Fenech

President

Kompetizzjoni

Mill-partita kontra Bologna il-Kumitat se jkun qiegħed iniedi kompetizzjoni bi premju kull partita. Kulmin hu membru attiv imħallas dan l-istaġun u jirnexxielu wkoll jaqta’ r-riżultat preċiż tal-partita se jkun eliġibbli għall-premju. Il-kompetizzjoni se ssir direttament fil-grupp Facebook tal-Club tagħna. Fil-probabbiltà ta’ iktar minn rebbieħ wieħed jittella’ l-isem rebbieħ bix-xorti u jiġi notifikat fi żmien qasir. Nitolbukom tfittxu l-post konċernat fil-grupp Facebook tal-Club tagħna dakinhar tal-partita.

Joe Shields

L-2020 kienet sena ta’ suċċess għall-website tagħna!

Tradizzjonalment fl-ewwel jum tas-sena naqsmu magħkom l-istatistika dwar kemm-il persuna tkun żaret il-website tagħna fis-sena li tkun għadha kemm intemmet. Għal darb’oħra għandna pjaċir ngħidulkom li kellna żieda fil-viewership tal-website www.juventusclubmalta.com fl-2020 meta mqabbel mal-2019.

 20202019Żieda
Users63,95848,274+32.5%
Sessions436,905433,523+0.8%
Pageviews733,569727,161+0.9%

Grazzi mill-qalb talli ssegwuna daqstant numerużi. Is-suċċess ta’ dil-website hu mibni fuq l-imħabba li dejjem urejtuna. Inwegħdukom li anki matul l-2021 se nibqgħu mwasslulkom kuljum l-aħbarijiet li jkun hemm dwar Juventus u l-Club tagħna.

Matthew Scerri

Messaġġ ta’ Awguri mill-President

Għeżież Membri,

F’isem il-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u f’ismi personali nixtieq nawguralkom Milied hieni u sena 2020 mimlija risq u paċi.

Jalla s-sena d-dieħla jkollna verament sena mimlija saħħa u neħilsu darba għal dejjem mill-Covid. B’xorti ħażina ilna minn Ottubru ma nistgħux niftħu l-bibien tal-premises tagħna biex nilqgħukom. In-nuqqas tagħkom inħass sew minni u mill-membri l-oħra tal-Kumitat. Nisperaw li s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika taqleb għall-aħjar ma ddumx u nkunu nistgħu nerġgħu niltaqgħu magħkom mill-ġdid biex insaħħu l-ħbiberija tagħna u naqsmu flimkien il-ferħ li joħolqilna t-tim tal-qalb tagħna.

Kif kelli l-opportunità ntarrfilkom qabel, minn Marzu ‘l hawn ma bqajniex b’idejna fuq żaqqna. Ħdimna biex nsebbħu lill-premises tagħna. Dan minkejja li naqas drastikament id-dħul tagħna. Ħsibna anki li nraħħsu l-membership għal dis-sena sabiex ngħinu lill-membri fi żmien li hu diffiċli fejn bosta familji raw l-introjtu tagħhom jonqos. Nidejna logo ġdid għall-Club għalkemm sfortunatament ma stajniex norganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet li kellna ppjanati għall-45 anniversarju mit-twaqqif tal-Club. Kemm stajna żammejna kuntatt vitwali magħhom li taffa’ ftit in-nuqqas li ħassejna minn meta l-Club kellu jinżamm magħluq. Inwegħdkom li anki matul l-2021 jien u sħabi tal-Kumitat se nkomplu naħdmu għall-ġid tal-Club tagħna.

Nagħlaq b’ringrazzjamenti xieraq iktar minn qatt qabel f’dis-sena tassew stramba u diffiċli. Grazzi lil sħabi tal-Kumitat li baqgħu jiddedikaw ħinhom biex jaħdmu għal Club. Grazzi kbira lill-isponsors li baqgħu juru ġenerożità u mħabba kbira lejn il-Club tagħna minkejja l-problemi li kulħadd ħass. Fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi lilkom, għeżież membri li bqajtu leali lejn il-Club. Dis-sena, iktar minn qatt qabel, fhimna kemm verament intom tagħmlu lill-Club tagħna ħaj.

Awguri lil kulħadd,

Joseph Fenech

President

Avviz mis-Segretarjat

Nixtiequ ninfumaw lill-membri li nhar it-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020, l-uffiċċju tal-Club mhux ser ikun miftuħ.

Grazzi

Joe Shields

Segretarju

Avviż mill-Kumitat

Il-Kumitat javża li reklamar ta’ prodotti kummerċjali mhux permessi li jsiru fil-grupp ta’ Facebook tal-Club. Avviżi bħal dawn huma strettament esklussivi għall-isponsors tal-Club biss. Kull tip ta’ reklamar ieħor jiġi mneħħi. Grazzi

Il-premises tal-Club tagħna magħluqin!

Nixtiequ navżaw li l-premises tal-Club tagħna se jkunu magħluqin mid-29 ta’ Ottubru ‘l quddiem. Kif kulħadd jaf daħlu fis-seħħ miżuri ġodda sabiex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 u l-Club tagħna jrid jimxi mad-direttivi tal-Gvern u tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Tifhmu li m’għandniex kontroll fuq din is-sitwazzjoni. Il-Club se jkun qed jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għalikom malli dawn il-miżuri jitneħħew. Nittamaw li għal Diċembru nkunu nistgħu nilqgħukom mill-ġdid fil-Club tagħna sabiex inkomplu flimkien insegwu l-partiti tat-tim tal-qalb tagħna, kif ukoll insaħħu l-ħbiberija ta’ bejnietna.