Posts

Id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tal-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia

Il-Lega Calcio ħabbret id-dati u l-ħinijiet tal-partiti tal-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia 2021-22. Il-programm hu dan li ġej:

It-Tlieta 8 ta’ Frar 2022

Inter-Roma (9.00 p.m. – Canale 5)

L-Erbgħa 9 ta’ Frar 2022

Milan-Lazio (9.00 p.m. – Canale 5)

Il-Ħamis 10 ta’ Frar 2022

Atalanta-Fiorentina (6.00 p.m. – Italia 1)
Juventus-Sassuolo (9.00 p.m. – Canale 5)

Matthew Scerri

Gowl minn free-kick wara sena u nofs

Il-gowl ta’ Juan Cuadrado minn free-kick fil-partita kontra Sampdoria hu l-ewwel gowl minn free-kick li l-Bianconeri skurjaw f’sena u nofs. L-aħħar darba li plejer Juventin sab ix-xibka minn free-kick kien fl-4 ta’ Lulju 2020 meta Ronaldo kien skurja gowl rarissimu minn free-kick. Minn dakinhar ‘l hawn Juventus kellhom nuqqas assolut ta’ gowls minn free-kicks. Nafu li qabel bdiet l-era Ronaldo, Juventus kienu jiskurjaw ħafna minn free-kicks b’Pjanic u Dybala spiss jitfgħu l-ballun fix-xibka bl-istess faċilità li wieħed jagħti penalty. Nafu wkoll li Ronaldo kellu l-ossessjoni ta’ jagħti hu l-free-kicks kollha u rarissimu kien jirnexxilu jiskurja. Kull supporter kien qed jaħseb li wara li telaq Ronaldo, Juventus kien se jibdew jiskurjaw iktar free-kicks. Fl-ewwel parti tal-istaġun, però, il-gowls minn free-kick ma waslux. Issa Cuadrado rnexxilu sa fl-aħħar jiskurja minn free-kick u nawguraw li Juventus jibdew jiskurjaw iktar gowls ta’ dat-tip fil-kumplament tas-sena peress li hi arma li jaf issolvi partiti kontra timijiet li jingħalqu wara u ma jħallukx toħloq wisq azzjonijiet.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Mejju)

Fl-20 ta’ Mejju 2015 Juventus rebħu l-Coppa Italia għall-għaxar darba fl-istorja tagħhom. Dakinhar huma għelbu lil Lazio fil-Finali bl-iskor ta’ 2-1. Radu kien poġġa lil Lazio fi-vantaġġ wara biss erba’ minuti u seba’ minuti wara Chiellini kiseb id-draw għal Juventus. Sad-disgħin minuta l-iskor baqa’ wieħed ta’ draw u allura t-timijiet marru għall-ħin supplementari. Il-partita ġiet deċiża minn Matri.