Posts

Locatelli fieq!

Manuel Locatelli fieq mill-Covid-19 u se jkun qed jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan. Wara li jtemm l-impenji mat-tim nazzjonali, Locatelli se jkun qed jirritorna Turin biex iħejji għall-partita kontra Inter tat-3 ta’ April.

Matthew Scerri

Locatelli pożittiv għall-Covid-19

Manuel Locatelli ttestja pożittiv għall-Covid-19 matul il-ġurnata tal-lum u immedjatament beda l-kwarantina tiegħu. Ta’ min ifakkar li lbieraħ Locatelli kien fil-grawnd kontra Villareal u għaldaqstant wieħed irid jara jekk hux se jkun hemm aktar plejers Bianconeri infettati.
Matthew Scerri

Bernardeschi fieq mill-Covid-19

Federico Bernardeschi fieq mill-Covid-19. Illum sarulu żewġ testijiet u d-darbtejn kellu riżultat negattiv. Għaldaqstant hu meqjus imfejjaq u jista’ jilgħab mill-ġdid.

Matthew Scerri

L-Olimpico se jilqa’ fih lis-supporters fl-okkażjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet

Il-Gvern Taljan aċċetta li l-Istadio Olimpico jiftaħ il-bibien tiegħu għas-supporters fl-okkażjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet. Il-konferma waslet illum mill-President tal-FIGC, Gravina. Hu ħabbar li l-Ministru tas-Saħħa, Roberto Speranza għarrfu bil-miktub b’did-deċiżjoni. Issa jmiss lill-Kumitat Tekniku Xjentifiku joħloq protokoll.

Matthew Scerri

Demiral fieq!

Merih Demiral fieq mil-Covid-19. Dan tħabbar direttament minn Juventus permezz ta’ stqarrija. Kif jitlob il-protokoll, illum sarulu żewġ testijiet u t-tnejn li huma taw riżultat negattiv. Għaldaqstant għada jista’ jilgħab.

Matthew Scerri

Plejer Juventin ieħor pożittiv għall-Covid-19?

Il Corriere dello Sport żvelaw b’mod esklussiv li jista’ jkun hemm plejer ieħor ta’ Juventus pożittiv għall-Covid-19. Illum se jsiru l-iswab tests ta’ lejlet il-partita, biss hemm il-biża’ li dal-plejer jittesta pożittiv. L-isem tal-plejer mhuwiex magħruf. Min jaf jekk il-każ huwiex marbuta mal-ħafna plejers pożittivi li nstabu fl-aħħar jiem wara li temmu l-impenji mat-tim nazzjonali Taljan (9 każijiet b’kollox bejn staff u plejers). Nittamaw li t-tests jagħtu eżitu negattiv.

Matthew Scerri

Plejer ta’ Torino pożittiv għall-Covid-19

Plejer ta’ Torino nstab pożittiv għall-Covid-19. Ma nafux min hu u allura m’għandniex idea jekk lagħabx nhar is-Sibt. Ovvjament Juventus se jistennew b’ħerqa l-iswab tests t’għada biex jaraw jekk għandhom iktar plejers bil-virus.

Hemm għidut li l-plejer ta’ Torino bil-virus hu Sirigu. Jekk hu hekk probabbli li ħa l-virus waqt li kien mat-tim nazzjonali. B’kollox hemm ħames plejers, fosthom Bonucci, li marru lura mal-klabbs rispettivi tagħhom bil-virus. Sirigu jah hu s-sitt wieħed. Tajjeb ngħidu li nhar is-Sibt Sirigu kien fil-grawnd u la lagħab ifisser li sa dakinhar filgħodu kien negattiv għall-iswab test. Nafu uimma li l-virus għandu incubation period ta’ erbatax-il ġurnata u li t-test jaqbad il-virus biss meta jkun wasal f’ċertu stadju. Nittamaw li hu (jew jekk mhux hu, sieħbu tat-tim) ifiq ma jdumx u jalla li ma għaddiex il-virus la lil sħabu u lanqas lil xi ħadd mit-tim Juventin.

Matthew Scerri

Demiral mar lura Turin

Merih Demiral mar lura Turin b’titjira speċjali. Hu għadu pożittiv għall-Covid-19 biss bi qbil mal-awtoritajiet tal-saħħa, hu mar lura Turin b’titjira u arranġamenti speċjali.

Matthew Scerri

Bonucci pożittiv għall-Covid-19

Leonardo Bonucci ttestja pożittiv għall-Covid-19. Dalgħodu sarlu l-iswab test kif titlob il-prassi għal kull plejer li jirritorna mal-klabb tiegħu wara l-impenji mat-tim nazzjonali. Hu bħalissa jinsab iqatta’ l-kwarantina fir-residenza privata tiegħu.

Matthew Scerri

Rapporti li Demiral hu pożittiv għall-Covid-19

Sal-mument li fih qegħdin niktbu għad m’hemm l-ebda konferma min-naħa ta’ Juventus. Madankollu diversi sorsi qed jirrapurtaw li Merih Derimal ittestja pożittiv għall-Covid-19. Hu għaldaqstant se jitlef żgur il-partiti fl-għaxart ijiem li jmiss kontra Torino, Napoli u Genoa.

Matthew Scerri