Posts

Rafia pożittiv għall-Covid-19

Hamza Rafia ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 u għaldaqstant it-tim kollu Juventin beda l-hekk imsejjaħ ‘isolamento fiduciario’. Fi kliem iehor il-plejers se jkunu jistgħu jkomplu jittrenjaw biss mhux se jkun possibbli għalihom li joħorġu u jkollhom kuntatti ma’ persuni esterni. Rafia, tajjeb infakkru, qed iqatta’ l-preseason mal-ewwel tim ta’ Juventus taħt it-tmexxija ta’ Allegri.

Matthew Scerri