Posts

Illejla nkunu nafu jekk Ronaldo fieqx!

Illejla se joħroġ ir-riżultat tal-iswab tests li saru lill-plejers kollha tat-tim Juventin. Fost dawn hemm anki r-riżultat tat-test ta’ Ronaldo u allura se nkunu nafu jekk fieqx. Sky irrapurtaw ilbieraħ li fl-aħħar swab test li sarlu jidher li kien hemm indikazzjonijiet li Ronaldo riesaq lejn il-fejqan. Pirlo, fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum stqarr li lest jilgħab lil Ronaldo jekk ikun fieq, għalkemm sostna li mhux faċli li plejer jilgħab disgħin minuta wara ħmistax-il ġurnata ta’ waqfien.

Matthew Scerri   

Ronaldo jista’ jitlaq lil Juventus jekk …

Wara t-tentattiv li għamlu fis-sajf li għadda, jidher li PSG għadhom ma qatgħux qalbhom li jistgħu jiffirmaw lil Ronaldo. Skont Don Balon fis-sajf 2021 il-Franċiżi se jagħmlu tentattiv ieħor. Il-gazzetta Spanjola qed tirraporta li Juventus ma jridux ibigħu lil Ronaldo, biss quddiem offerta ta’ 70 miljun jaf jibdlu fehemthom.

Matthew Scerri

X’ried jgħid biha Ronaldo?

Ftit wara s-sebgħa tal-lejla Cristiano Ronaldo tella’ fuq Instagram ritratt tiegħu qed jixxemmex bil-caption “Siiiiiiiiiii💪🏽”. Ma nafux eżattament għal xiex kien qed jirreferi. Tgħid irċieva l-aħbar li fieq mill-Covid?

Matthew Scerri

Illum inkunu nafu jekk Ronaldo hux se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona

Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu jekk Ronaldo fieqx mill-Covid-19 u fl-istess ħin insiru nafu jekk huwiex se jkun jista’ jilgħab kontra Barcellona bħal-lum ġimgħa. Fil-fatt illum se jsirlu swab test ieħor. Infakkru li skont il-protokoll tal-Uefa, plejer ikun jista’ jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej jekk ikun ilu ġimgħa negattiv għall-virus.

Matthew Scerri

Ronaldo pożittiv għall-Covid-19!

Il-Federazzjoni Portugiża ħabbret li Cristiano Ronaldo nstab pożittiv għall-Covid-19. Hu m’għandux sintomi u tpoġġa f’iżolament kif jitlob il-protokoll.

Matthew Scerri