Posts

Tlieta mistennija jġeddu l-kuntratt ma’ Juventus

Cuadrado, De Sciglio u Perin huma mistennija jiffirmaw kuntratti ġodda ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kolombjan diġà stqarr pubblikament li se jibqa’ ma’ Juventus u fil-verità għandu ftehim ma’ Juventus għal kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 4 miljuni fis-sena. Anki De Sciglio u Perin lesti jaċċettaw il-proposta mressqa lilhom min-naħa ta’ Juventus. De Sciglio se jkollu paga ta’ 1.8 miljuin Ewro, filwaqt li Perin se jkun qed jaqla’ 1.5 miljun. Għat-tlieta li huma se jkun hemm tnaqqis fil-paga minħabba li Juventus qed jimxu fid-direzzjoni li jbaxxu drastikament l-ammont totali ta’ paga li jħallsu kull sena.

Matthew Scerri

Gowl minn free-kick wara sena u nofs

Il-gowl ta’ Juan Cuadrado minn free-kick fil-partita kontra Sampdoria hu l-ewwel gowl minn free-kick li l-Bianconeri skurjaw f’sena u nofs. L-aħħar darba li plejer Juventin sab ix-xibka minn free-kick kien fl-4 ta’ Lulju 2020 meta Ronaldo kien skurja gowl rarissimu minn free-kick. Minn dakinhar ‘l hawn Juventus kellhom nuqqas assolut ta’ gowls minn free-kicks. Nafu li qabel bdiet l-era Ronaldo, Juventus kienu jiskurjaw ħafna minn free-kicks b’Pjanic u Dybala spiss jitfgħu l-ballun fix-xibka bl-istess faċilità li wieħed jagħti penalty. Nafu wkoll li Ronaldo kellu l-ossessjoni ta’ jagħti hu l-free-kicks kollha u rarissimu kien jirnexxilu jiskurja. Kull supporter kien qed jaħseb li wara li telaq Ronaldo, Juventus kien se jibdew jiskurjaw iktar free-kicks. Fl-ewwel parti tal-istaġun, però, il-gowls minn free-kick ma waslux. Issa Cuadrado rnexxilu sa fl-aħħar jiskurja minn free-kick u nawguraw li Juventus jibdew jiskurjaw iktar gowls ta’ dat-tip fil-kumplament tas-sena peress li hi arma li jaf issolvi partiti kontra timijiet li jingħalqu wara u ma jħallukx toħloq wisq azzjonijiet.

Matthew Scerri

Cuadrado mistenni jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Juan Cuadrado mistenni jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Skont Il Corriere dello Sport il-Kolombjan, malli jtemm l-impenji mat-tim nazzjonali u jirritorna mil-vaganzi, se jkun qed jiffirma kuntratt li jorbtu ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2023.

Matthew Scerri

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Inter

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Inter. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 81% tal-voti, segwit minn De Ligt b’9% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Cuadrado se jkun sospiż għall-partita li jmiss

Juan Cuadrado se jitlef il-partita li jmiss kontra Benevento. Hu se jkun sospiż wara li qala’ karta safra kontra Cagliari. Il-Kolombjan kien l-uniku plejer fil-lista tad-diffidati u allura awtomatikament se jkun sospiż għal partita waħda.

Matthew Scerri

X’se jiġri issa li hemm neqsin Cuadrado u Danilo?

Se jkun interessanti ħafna li naraw b’liema soluzzjoni se joħroġ Pirlo hekk kif għall-partita kontra Verona mhux se jkollu la lil Cuadrado u wisq inqas lil Danilo. M’hemmx iktar plejers li jistgħu jilagħbu f’dik il-pożizzjoni għajr Ragusin. Xi siti mhux jeskludu li Pirlo jista’ jagħżel li jibdel is-sistema ta’ logħob għal 3-5-2, b’Demiral, De Ligt u Alex Sandro fuq wara. Jidhru inqas realistiċi l-ideat li Alex Sandro jista’ jilgħab fuq il-lemin jew li McKennie jintuża bħala full-back mal-linja l-leminija.

Matthew Scerri

Cuadrado fieq!

Juan Cuadrado fieq mill-Covid-19. Hu ttestja negattiv f’żewġ swab tests li sarulu. Il-Kolombjan ingħaqad mal-bqija tat-tim Juventin għall-partita tal-lejla kontra Napoli.

Matthew Scerri

Cuadrado wkoll pożittiv għall-Covid-19

Juan Cuadrado wkoll instab pożittiv għall-Covid-19 u se jkollu jitlef Milan-Juventus. Illejla reġgħu saru swab tests lill-plejers kollha ta’ Juventus. Għada filgħodu se joħorġu r-riżultati u wara t-tim ikun jista’ jerħila lejn Milan.

Matthew Scerri