Posts

Injury serju ħafna għal De Sciglio

Juventus tilfu fit-tul lil Mattia De Sciglio. Waqt Juventus-Lecce rajnieh jaqa’ mal-art minħabba moviment tassew innaturali ta’ rkoptu. Mill-ewwel testijiet li sarulu fil-JMedical, irriżulta li se jkollha bżonn issirlu l-operazzjoni tal-cruciate. L-intervent se jsir fil-jiem li ġejjin u wara De Sciglio se jibqa’ wieqaf għal diversi xhur biex jirkupra. Nawgurawlu fejqan ta’ malajr.

Matthew Scerri

De Sciglio barra għal għaxart ijiem

Mattia De Sciglio sofra injury muskolari fil-partita kontra Maccabi Haifa. Hu se jdum barra minn tal-inqas għaxart ijiem u wara se jsirulu testijiet mediċi oħra sabiex l-istaff mediku ta’ Juventus ikun jista’ jistabilixxi jekk fieqx jew le.

Matthew Scerri

Tlieta mistennija jġeddu l-kuntratt ma’ Juventus

Cuadrado, De Sciglio u Perin huma mistennija jiffirmaw kuntratti ġodda ma’ Juventus fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kolombjan diġà stqarr pubblikament li se jibqa’ ma’ Juventus u fil-verità għandu ftehim ma’ Juventus għal kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 4 miljuni fis-sena. Anki De Sciglio u Perin lesti jaċċettaw il-proposta mressqa lilhom min-naħa ta’ Juventus. De Sciglio se jkollu paga ta’ 1.8 miljuin Ewro, filwaqt li Perin se jkun qed jaqla’ 1.5 miljun. Għat-tlieta li huma se jkun hemm tnaqqis fil-paga minħabba li Juventus qed jimxu fid-direzzjoni li jbaxxu drastikament l-ammont totali ta’ paga li jħallsu kull sena.

Matthew Scerri

Ikkonfermat li O. Lyon lesti jixtru lil De Sciglio, għalkemm …

Sky ħadu kumment mingħand l-aġent Giovanni Branchini li kkonferma li O. Lyon huma intenzjati li jixtru għal kollox lil Mattia De Sciglio. Madankollu, O. Lyon qed iħossu l-kriżi finanzjarja u jaf ma jkollhomx ir-riżorsi biex jixtruh għal kollox fis-sajf.

Matthew Scerri

De Sciglio jaf ikun il-pedina biex Juventus jiksbu lil Aouar

In-nofs il-grawnd jeħtieġ bidliet kbar u fuq kollox hemm bżonn akkwisti ta’ kwalità biex, wara tliet snin, Juventus ikollhom nofs il-grawnd denju ta’ tim qawwi. Isem li qed isir b’saħħa hu dak ta’ Houssem Aouar. O. Lyon għadhom qed jitolbu 50 miljun Ewro għalih. Jidher li l-plejer innifsu lest jingħaqad ma’ Juventus. Il-Bianconeri għandhom relazzjonijiet tajba kemm mal-klabb ta’ O. Lyon kif ukoll mal-aġenti Franċżi tiegħu. Qed jingħad li Juventus lesti jgħaddu lil O. Lyon lil De Sciglio u flus sabiex jiksbu lil Aouar.

Matthew Scerri