Posts

Donnarumma qrib li jiffirma ma’ PSG

Rapporti li ħarġu dal-lejl qed jagħtu bħala ċert it-trasferiment ta’ Gigio Donnarumma ma’ PSG. Il-klabb Franċiż qed joffri kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ 12-il miljun fis-sena, eżatt kif kien qed jitlob Raiola. Jidher li PSG qed jorganizzaw kollox biex Donnarumma jagħmel it-testijiet mediċi fl-istrutturi qrib fejn bħalissa l-gowler Taljan jinsab impenjat mat-tim nazzjonali Taljan. L-idea ta’ PSG hu li Donnrumma jiffirma l-kuntratt qabel il-bidu tal-kampjonat Ewropew. Fi kliem ieħor l-iffirmar tal-kuntratt hu tassew imminenti.

Matthew Scerri

Nedved kellu laqgħa ma’ Raiola

Fl-ewwel paġna ta’ Tuttosport tal-lum insibu l-aħbar li Pavel Nedved kellu laqgħa f’Monaco ma’ Mino Raiola. Skont il-gazzetta huma tkellmu dwa il-futur ta’ diversi plejers, fosthom Donnarumma, Pogba, Romagnoli u Bernardeschi. Bħal soltu, jidher li anki das-sajf Raiola se jkun protagonist tas-suq tat-trasferimenti Juventin.

Matthew Scerri

Maldini: “Donnarumma? It-toroq tagħna se jinfirdu”

Paolo Maldini kkonferma b’mod uffiċjali li Donnarumma se jitlaq lil Milan. Hu tkellem waqt AC Milan Talk fuq Twitch u qal hekk: “In-nies ma tifhimx xi tfisser tkun professjonist, li trid tkun lest tibdel it-tim. Hi diffiċli li taċċettaha. Jeħtieġ nuru rispett lejn min ta ħafna lil Milan u qatt ma naqasna mir-rispett. It-toroq tagħna se jinfirdu u nawguralu l-isbaħ affarijiet.”

Matthew Scerri

L-ultras ta’ Milan f’konfront ma’ Donnarumma. Ma jriduhx jilgħab kontra Juventus

Sky qed jirrapurtaw li delegazzjoni ta’ partitarji ultras ta’ Milan marru Milanello u talbu li jkellmu lil Donnarumma. Il-gowler għall-ewwel irrifjuta anki minħabba kwisjtoni marbuta mas-sigurtà, biss eventwalment aċċetta li jisma’ dak li kellhom xi jgħidulu. Allegatament l-ultras ma kinux ħelwin fi kliemhom u saħansitra waslu jitolbu lil Donnarumma ma jilgħabx kontra Juventus jekk ikun għadu ma ġeddidx il-kuntratt.

Matthew Scerri

Donnarumma-Juventus. Raiola reġa’ kien Turin

Juventus jinsabu f’kuntatti kontinwi ma’ Mino Raiola għal Gigio Donnarumma li għandu kuntratt ma’ Milan li jiskadi f’Ġunju. Milan mhux se jgħollu l-offerta tagħhom ta’ tmien miljuni fis-sena. Raiola qed jitlob ferm iktar minn hekk u Juventus lesti jissodisfaw it-talba tiegħu. Nhar l-Erbgħa li għadda Raiola reġà kien Turin biex ikompli bit-taħdidiet ma’ Juventus. Madankollu, kif għidna drabi oħra, Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Szczesny li għandu paga għolja. F’das-sens jidher li fil-Premier League hemm interess minn diversi timijiet f’Szczesny.

Matthew Scerri

Il-kuntratt ta’ Donnarumma jintemm tliet xhur oħra

Tliet xhur oħra jasal fi tmiemu l-kuntratt ta’ Gigio Donnarumma ma’ Milan. S’issa kollox jindika li t-taħdidiet tal-klabb mal-aġent Raiola ma wasslu imkien. Milan ressqu żewġ offerti: paga ta’ 7 miljuni l-ewwel u wara tellgħu l-offerta għal 8 miljuni fis-sena. Raiola qed ikompli jinsisti li jrid 10 miljuni fis-sena. F’dawn il-ġranet qed jissemma ħafna li Donnarumma jista’ jkun il-gowler il-ġdid tar-Rossoneri għalkemm tajjeb ngħidu li hu stess dejjem stqarr pubblikament li jħossu marbut ma’ Milan u jrid ikompli jiddefendi l-lasti tagħhom.

Matthew Scerri