Posts

Uffiċjali: Douglas Costa misluf lil Bayern Munich

Bayern Munich ħabbru li ngħaqad mill-ġdid magħhom b’self għal sena. Fl-ewwel stqarrija tiegħu, Douglas Costa stqarr li jinsab kuntent li se jkun qed jerġa’ jilgħab għal Bayern u awgura li l-klabb jikseb aktar unuri.

Matthew Scerri

Daqt jibdew it-testijiet mediċi ta’ Douglas Costa

Illum waranofsinhar se jsiru t-testijiet mediċi qabel Douglas Costa jkun jista’ jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich. Minn dak li nafu s’issa, Bayern mhux se jkollhom ebda dritt jew obbligu li jixtru lil Costa għal kollox.

Matthew Scerri

Juventus qrib li jsibu ftehim għal Chiesa

Illum tista’ tkun ġurnata deċiżiva fin-negozjati għat-tasferiment ta’ Federico Chiesa ma’ Juventus. Kollox jindika li Juventus u Fiorentina resqin lejn ftehim. Il-valur komplessiv ta’ Chiesa se jkun ta’ 60 miljun, bonuses inklużi, bl-ewwel sentejn ikunu self u fit-tielet sena jkun hemm xiri għal kollox. L-ikbar problema f’dan l-istadju hi marbuta ma’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ma jridx jaf li jitlaq sakemm ma tasallux offerta minn klabb kbir. Jekk ma’ jitlaqx Costa, Juventus mhux se jkunu jistgħu jiffirmaw lil Chiesa.

Matthew Scerri

Costa ma jridx jitlaq sakemm …

Skont Calciomercato.com Douglas Costa għarraf lil Juventus li hu mhux se jaċċetta trasferimenti ma’ klabbs oħra sakemm ma jkunux top Clubs Ewropej. Fi kliem ieħor hu mhux se jitlaq sakemm ma jiġix għalih tim ta’ livell għoli. F’dan l-istadju hu tassew probabbli li Juventus ikollhom iżommu lil Douglas Costa u ma jkunux jistgħu jieħdu lil Chiesa minflok.

Matthew Scerri

Mendes qed jipprova jbigħ lil Douglas Costa fl-Ingilterra

Calciomercato.com qed jirrapurtaw li Juventus qabbdu lil Jorge Mendes biex isib tim lest jixtri lil Douglas Costa. iIt-tentattivi ta’ Paratici ma tantx ħallew il-frott mixtieq u għaldaqstant Juventus kellhom jirrikorru għal Mendes. It-timijiet li qed jissemmew humka Wolves u Manchester City.

Matthew Scerri

Juventus għadhom biċ-ċans li jbigħu lil Douglas Costa

Douglas Costa għadu fil-mira ta’ xi klabbs Ingliżi. Apparti l-interess fih min-naħa ta’ Manchester United, issa għandna rapporti li anki Wolves iriduh. Min-naħa tagħhom, nafu li Juventus lesti jbigħuh. Jidher anki li jekk Juventus ibigħu lil Costa, il-flus li se jaqilgħu se jiġu investiti fl-akkwist ta’ Federico Chiesa.

Matthew Scerri

Morata ma’ Juventus possibbli biss jekk …

Alvaro Morata kemm-il darba ssemma ma’ Juventus fl-aħħar jiem. Atletico Madrid, però, ma jridux ibigħuh. Tajjeb ngħidu li l-Ispanjoli investew 60 miljun biex xtrawh u għaldaqstant mhux se jitilquh minn idejhom għal inqas minn hekk. L-unika tama għal Juventus li jixtru lil Morata hi li Atletico Madrid jaċċettaw bdil ma’ Douglas Costa jew Bernardeschi. F’dan l-istadju hu ovvju li Juventus ma jistgħux jonfqu 60 miljun, biss jekk Atletico jieħdu lil Costa jew lil Bernardeschi, il-Bianconeri jkun fadlilhom biss somma żgħira x’joħorġu biex tagħmel tajjeb għad-differenza fil-valur tal-plejers.

Matthew Scerri

Douglas Costa b’messaġġ fuq Instagram

“Hard work.” Hekk kiteb Douglas Costa fuq Instagram. Jidher li hu jinsab motivat ferm li jkollu staġun tajjeb ma’ Juventus. Minn dak li nafu hu rkupra mill-injury li kellu u bħalissa jinsab lest biex jirbaħ post mal-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Sampdoria.

View this post on Instagram

Hard work

A post shared by DC11 (@douglascosta) on