Posts

Uffiċjali: Douglas Costa misluf lil Gremio

Juventus ħabbru li silfu lil Douglas Costa lit-tim Brażiljan ta’ Gremio. Is-self hu għal perjodu ta’ sena, sat-30 ta’ Ġunju 2022, meta jasal fi tmiemu l-kuntratt li jorbot lil Costa ma’ Juventus.

Matthew Scerri

L-aġenti ta’ Douglas Costa se jiltaqgħu ma’ Juventus il-ġimgħa d-dieħla

Qed ikun irrapurtat li l-ġimgħa d-dieħla l-aġenti ta’ Douglas Costa se jkollhom laqgħa ma’ Juventus. F’dil-laqgħa se jkun diskuss il-futur ta’ Juventus. Il-pożizzjoni ta’ Juventus hi li jinstab klabb xerrej għal Douglas Costa. Hemm diversi klabbs interessati biss bħal dejjem hemm il-problema tal-paga għolja li għandu l-Brażiljan. Juventus mhux se jkunu qed jitolbu somma għolja għal Costa. Probabbli l-prezz li se jkunu qed jitolbu ta’ madwar 12-il miljun sabiex ma jkunx hemm minusvalenza.

Matthew Scerri

Douglas Costa interessat f’ritorn ma’ Gremio, biss …

Il-kowċ ta’ Gremio, Portaluppi stqarr li tkellem ma’ diversi plejers importanti, fosthom Douglas Costa. Skontu, Costa hu interessat ferm li jirritorna ma’ Gremio, għalkemm Portaluppi żied anki li hemm aspetti finanzjarji li jaf ifixklu dat-trasferiment. Douglas Costa bħalissa jaqla’ 6 miljuni fis-sena, somma li l-klabbs Brażiljani ma jaffordjawx.

Matthew Scerri

Costa u flus għal Aouar?

Fis-sajf jista’ jkun li Juventus jagħmlu tentattiv li jiksbu lil Aouar bi tpartit ma’ Douglas Costa. Skont Tuttosport, Juventus huma interessati ferm li jiksbu s-servizzi ta’ Aouar, li għandu valur ta’ bejn 50 u 60 miljun Ewro. Fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm li joffru lil Costa u somma flus lil O.Lyon biex jiksbu lil Aouar.

Matthew Scerri

Douglas Costa lura fis-Serie A?

Douglas Costa jista’ jkun qed jirritorna fis-Serie A fil-ġranet li ġejjin. Skont Tuttosport, fil-fatt, Milan qed jikkunsidraw li jressqu offerta għalih hekk kif jafu li Bayern Munich lesti jtemmu immedjatament is-self tiegħu mingħand Juventus. Minn dak li qed ikun irrapurtat, Juventus ma jriduhx lura fit-tim tagħhom u għaldaqstant lesti jfittxu tim ġdid għalih.

Matthew Scerri

Inċert il-futur ta’ Douglas Costa

Jidher li hemm inċertezza sħiħa dwar kemm effettivament Bayern Munich se jixtru għal kollox lil Douglas Costa. Jekk eventwalment jagħżlu li jibagħtuh lura Turin, Juventus ikollhom jerġgħu jibdew jħallsulu l-paga, li jfisser inqas riżorsi għal investimenti oħra li huma meħtieġa. It-tama hi li fit-tieni parti tal-istaġun Costa juri t-talent tiegħu ma’ Bayern u jikkonvinċihom jixtruh.

Matthew Scerri

Pogba possibbli biss jekk …

Is-sit Calciomercato.com qed isostni li qabel Juventus ikunu jistgħu realment jaħsbu li jagħmlu akkwist kbir bħal dak ta’ Pogba, iridu qabelxejn jeħilsu mill-pagi ta’ plejers li mhumiex meqjusa daqshekk importanti fi ħdan it-tim ta’ Pirlo. Pogba fil-fatt għandu paga ta’ 14-il miljun ma’ Manchester United u, għalkemm forsi jitlob lil Juventus ftit inqas, żgur però li mhuwiex se jinżel taħt l-10 miljuni fis-sena. Il-plejers imsemmija minn Calciomercato.com huma: Khedira (6 miljuni), Bernardeschi (4 miljuni), De Sciglio (3 miljuni), Rugani (3.5 miljun) u Douglas Costa (6 miljuni). Jekk uħud minn dawn jitilqu darba għal dejjem lil Juventus, il-Bianconeri jkollhom il-flus biex jissodisfaw it-talba ta’ Pogba. Barra minn hekk hemm anki l-paga ta’ Sarri li Juventus qed jittama li jirnexxilhom jiffrankaw fil-ġimgħat li ġejjin.

Matthew Scerri