Posts

Uffiċjali t-trasferimenti ta’ Cambiaso u Dragusin

Juventus ħabbru li xtraw lil Andrea Cambiaso mingħand Genoa għas-somma ta’ 8.5 miljun Ewro, liema somma se titħallas f’żewġ rati. Fil-ftehim hemm anki bonuses oħra li jilħqu l-massimu ta’ 3 miljun Ewro.

Radu Dragusin, mill-banda l-oħra, ingħaqad b’self ma’ Genoa. Jekk f’dan l-istaġun il-klabb tiegħu jilħqu miri sportivi speċifiċi, Genoa jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 5.5 miljun Ewro. Anki f’dal-każ hemm xi bonuses li jammontaw għal 1.8 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Tnejn ta’ Juventus jitilqu lil Sampdoria

Radu Dragusin se jkun qed jingħaqad ma’ Salernitana sa tmiem l-istaġun. Juventus taw il-kunsens tagħhom sabiex Dragusin jitlaq lil Sampdoria u jkompli s-sena ma’ Salernitana. Għada se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi magħhom.

Plejer ieħor li Juventus kellhom misluf lil Sampdoria hu Mohammed Ihattaren. Anki hu telaq lil Sampdoria u uffiċjalment ġie misluf lil Ajax sa tmiem l-2022. B’hekk waslet fi tmiemha s-saga ta’ Ihattaren li kien qabad u telaq mill-Italja b’ħafna skużi għax ma riedx jibqa’ ma’ Sampdoria. Ajax għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox f’Jannar tal-2023.

Matthew Scerri

Dragusin miftiehem ma’ Sassuolo. Locatelli jidher qrib li jingħaqad ma’ Juventus

Jidher li hemm xaqq ta’ tama li t-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventus verament daqt se jseħħ. Fil-fatt qed ikun irrapurtat li Dragusin sab ftehim ma’ Sassuolo. Hu se jkun qed jingħaqad magħhom bħala parti mill-ftehim bejn Sassuolo u Juventus għal Locatelli. Intant Sassuolo diġà sabu sostitut għal Locatelli: Lovric ta’ Lugano.

Matthew Scerri

Jitkellem l-aġent ta’ Dragusin

Florin Manea, li hu l-aġent ta’ Dragusin, tkellem ma’ Tuttojuve dwar l-għidut li jikkonċerna trasferiment possibbli tad-difensur Rumen ma’ Cagliari jew Genoa. Manea stqarr dan li ġej: “Ma naf xejn dwar dan l-għidut. Ma kellna ebda kuntatt ma’ dal-klabbs u Juventus ma għarrfuna dwar xejn.”

Matthew Scerri

Dragusin lejn self ma’ Genoa

Qed jissemma li Genoa jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus biex jiksbu b’self lil Radu Dragusin.Id-difensur Rumen se jkun misluf minn Juventus biex jilgħab b’mod regolari u jikseb aktar esperjenza.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Dragusin ġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Juventus ħabbru llum li Radu Dragusin iffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2025. Diversi klabbs ikkuntattjaw lil Dragusin u ressqulu offerta. Madankollu r-rieda tiegħu minn dejjem kienet li jkompli jilbes il-flokk ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Dragusin mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus

Radu Dragusin jidher li għażel li jibqa’ ma’ Juventus. Fil-fatt f’dawn il-jien kellna rapporti li Dragusin irrifjuta offerta li waslitlu mingħand Crystal Palace u beħsiebu jgħid le anki lil klabbs oħra. Wara dil-waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali, Dragusin mistenni jiffirma kuntratt ġdid li se jorbtu għal ħames snin oħra ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Dragusin mgħajjat minflok Chiellini

L-injury ta’ Chiellini wassal biex Andrea Pirlo sejjaħ għall-ewwel darba lid-difensur ta’ Juventus Under 23, Radu Dragusin. Il-ġgant Rumen ta’ 18-il sena jaf jiddebutta ma’ Juventus kontra Lazio.

Matthew Scerri