Posts

Erbat iplejers irkupraw mill-injuries tagħhom

Aħbarijiet tajba mill-JTC tal-Continassa hekk kif Pirlo rkupra erba’ mill-plejers li kellu barra mill-azzjoni b’injury. De Ligt, Alex Sandro, Chiesa u Dybala fl-aħħar jiem ittrenjaw mal-kumplament ta’ sħabhom u dan ifisser li rkupraw mill-injuries li kienu sofrew. Hu kważi ċert li De Ligt u Alex Sandro se jkunu qed jibdew mill-ewwel minuta kontra Cagliari, filwaqt li Chiesa u Dybala jaf jibdew bħala sostituti bil-possibbiltà li jidħlu waqt il-partita.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar il-plejers b’injury

Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu.

Matthew Scerri

Problema medika għal Dybala

Paulo Dybala mhux se jkun jista’ jilgħab mat-tim nazzjonali Arġentin minħabba problema medika. L-urologu tiegħu orndalu perjodu ta’ mistrieħ sabiex ikun jista’ jsolvi dil-problema. Mhux magħruf x’għandu eżattament. Xi siti qed jirrapurtaw li għandu infezzjoni tal-prostata.

Matthew Scerri

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Ferencvaros-Juventus

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Ferencvaros u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 75% tal-voti, segwit minn Cuadrado b’8% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Dybala b’5% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem.

Matthew Scerri

Dybala mhux se jkun mal-ewwel ħdax kontra Ferencvaros

Paulo Dybala mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Ferencvaros. Wara s-sessjoni taħriġ tal-lum Pirlo stqarr li Dybala jinsab tajjeb biss jeħtieġ ftit tal-mistrieħ wara li lagħab tliet partiti konsekuttivi.

Matthew Scerri

Bdil Dybala-Isco?

Is-sit Todofichajes.com qed jagħti l-aħbar li Real Madrid huma konvinti li jistgħu jirnexxilhom jiffirmaw lil Paulo Dybala. Fil-pjanijiet tagħhom hemm bdil bejn Dybala u Isco, bdil li jista’ jissodisfa liż-żewġ timijiet.

Matthew Scerri