Posts

Allegatament John Elkann talab lil Andrea Agnelli ma jibqax President ta’ Juventus

Il-ġurnalist Paolo Bargigga qed jirraporta b’mod esklussiv li Andrea Agnelli kellu laqgħa ma’ John Elkann. Allegatament matul il-laqgħa Elkann talab lil Agnelli biex ma jibqax President ta’ Juventus. Elkann, li jmexxi l-EXOR li tamministra l-patrimonju kollu tal-Familja Agnelli, għandu kull dritt jagħmel dit-talba. Fi ħdan il-Familja Agnelli min imexxi l-Exor hu dak li jikkmanda u għandu poter deċiżjonali assolut fuq il-patrimonju tal-Agnelli. Min-naħa tiegħu Andrea Agnelli ma ħax gost bit-talba ta’ Elkann u għamel kontroproposta li jingħata t-tmexxija tal-Ferrari minflok dik ta’ Juventus. Fl-istess laqgħa, allegatament Elkann ippropona lil Andea Agnelli biex jixtri l-ishma li Exor għandhom fil-klabb Juventin u hekk ikollu l-kontroll assolut tal-klabb.

Wieħed irid jara jekk din l-aħbar hix vera. Li nafu hu li ilna xhur nisimgħu li jista’ jkun hemm bidla fil-Presidenza ta’ Juventus. Ilu jissemma li Andrea Agnelli għandu l-ambizzjoni li jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Ferrari. U biex ngħidu kollox hu open secret li bejn John Elkann u Andrea Agnelli r-relazzjoni mhix xi waħda tajba ħafna. Jiġri x’jiġri nisperaw li jkun ta’ ġid għat-tim!

Matthew Scerri