Posts

Filmat: Italja-Żvizzera 3-0

https://www.youtube.com/watch?v=Cfh5AxwAFos&t=9s

Atmosfera mill-isbaħ fil-Club tagħna!

Ilbieraħ filgħaxija tajna bidu għall-Euro Village fil-premises tal-Club tagħna. L-attendenza kienet tassew waħa sabiħa u l-atmosfera żgur li kienet waħda pjaċevoli. Illum nerġgħu nkunu miftuħin. Ejjew u ġibu magħkom lill-ħbieb tagħkom. Narawkom!

Il-Euro2020 fil-Club tagħna!

Illum jibda l-Euro2020 u l-Club tagħna jinsab lest biex jilqgħakom mill-ġdid sabiex flimkien inkunu nistgħu naraw il-partiti kollha tal-Kampjonat Ewropew għan-Nazzjonijiet f’atmosfera mill-isbaħ. Nistidnukom sabiex tiġu taraw il-partiti fil-Club tagħna. Ġibu magħkom mill-membri tal-familja tagħkom u lill-ħbieb tagħkom. Dħul b’xejn għal kulħadd. Segwu l-grupp tagħna fuq Facebook sabiex tkunu infurmati bl-offerti u l-inzjattivi li se jkunu qed jitħabbru minn ħin għall-ieħor.

Narawkom!

Kif x’aktarx se jilagħbu l-Italja u t-Turkija

Italja (4-3-3): Donnarumma; Florenzi, Bonucci, Chiellini, Spinazzola; Barella, Jorghinho, Locatelli; Berardi, Immobile, Insigne

Turkija (4-1-4-1): Cakir; Celik, Demiral, Soyuncu, Meras; Yokuslu; Karaman, Tufan, Yazici, Calhanoglu; Yilmaz

Euro Village

Il-Club tagħna qed jilqa’ mill-ġdid lill-membri, il-familji u l-ħbieb tagħhom, kif ukoll lill-pubbliku in ġenerali. Fl-okkażjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet, se jitwaqqaf Euro Village fil-premises tal-Club tagħna sabiex tkunu tistgħu taraw flimkien il-partiti kollha tal-kompetizzjoni. Se jkun hemm premijiet x’jintrebħu kuljum.

Biex tirriservaw mejda ċemplu fuq in-numri 77208585, 77030390 jew 77450542.

Narawkom!

Kulusevski pożittiv għall-Covid-19

Dejan Kulusevski ttestja pożittiv għall-Covid-19 u għaldaqstant se jitlef xi partiti mat-tim nazzjonali fil-Euro2020. Il-kowċ tal-Iżvezja ħabbar li Kulusevski s ejibqa’ jifforma parti mit-tim u li mhux se jkun mgħajjat plejer ieħor minfloku. Jirriżulta li Kulusevski jinsab tajjeb u għandu sintomi ħfief li normalment nassoċjawhom mal-influwenza.

Matthew Scerri