Posts

Il-100 partita ta’ Ronaldo ma’ Juventus

Genoa-Juventus se tkun il-100 partita ta’ Cristiano Ronaldo bil-flokk ta’ Juventus. Fid-99 partita li lagħab s’issa, Ronaldo skurja 77 gowl. Interessanti li f’dawn it-tliet snin ma’ Juventus, Ronaldo dejjem skurja kull darba li lagħab kontra tim minn Genova (Genoa jew Sampdoria).

Matthew Scerri

Barcellona-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Barcellona-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Dynamo Kiev

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Bonucci, De Ligt; Chiesa, Bentancur, McKennie, Alex Sandro; Ramsey; Morata, Cristiano Ronaldo.

Dynamo Kiev (4-3-3): Bushchan; Kedziora, Zabarnyi, Popov, Mykolenko; Shepeliev, Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov, Verbic, Rodrigues. 

Benevento-Juventus 1-1

Logħba diżappuntanti għal Juventus minn taħt kull aspett, kemm mil-lat ta’ riżultat kif ukoll minn dak tal-wirja. It-tim ta’ Pirlo beda tajjeb u fl-ewwel taqsima kellu l-kontroll tal-partita, biss wara l-gowl ta’ Morata ma għarafx jagħlaq il-partita (żball li ilna snin nagħmlu!). Benevento kisbu d-draw b’xutt mill-isbaħ fi tmiem l-ewwel taqsima u minn dak il-punt ‘il quddiem bilkemm rajna reazzjoni min-naħa ta’ Juventus. Issa li għaddew ftit tal-partiti sew tajjeb li ngħidu li qed inkunu inkonsistenti wisq fir-riżultati u fil-wirjiet. Qed inwaqqħu wisq punti kontra timijiet żgħar. Pirlo qed jibdel it-tim kull partita qisna għadna fil-fażi tal-esperimenti. Spiss qed naraw nuqqas ta’ ħeġġa u grinta mill-plejers fil-grawnd. Qed naqilgħu wisq gowls, prattikament kontra kulħadd. Logħbiet bħal dawk tal-lum ma tantx jimlulek qalbek li dat-tim jista’ jkompli jirbaħ. Fl-istess ħin fl-aħħar ġimgħat kellna xi wirjiet tajbin ferm li donnhom jagħtuna tama ta’ rebħ. Nisperaw li Pirlo u l-istaff tiegħu jagħrfu jsolvu l-problemi tat-tim darba għal dejjem u malajr kemm jista’ jkun.

BENEVENTO-JUVENTUS 1-1

Skurjaw: Morata (J), Letizia (B)

Benevento (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Glik, Caldirola (Maggio – Insigne), Barba; Hetemaj, Schiattarella, Improta; Ionita (Tello), Caprari (Tuia); Lapadula (Sau). Kowċ: Inzaghi.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Danilo, Frabotta; Chiesa (Bernardeschi), Arthur (Bentancur), Rabiot, Ramsey (Kulusevski); Dybala, Morata.Kowċ: Pirlo.

Referee: Pasqua.

Karti sofor: Maggio (B), Cuadrado (J), Schiattarella (B), Barba (B), Improta (B), Insigne (B)

Karta ħamra: Morata (J)

Matthew Scerri 

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali u allura Juventus ħadu posthom.

Kif x’aktarx se jilagħbu Benevento u Juventus

Benevento (4-3-2-1): Montipò; Letizia, Caldirola, Glik, Barba; Hetemaj; Schiattarella, Ionita; Insigne, Caprari; Moncini.

Juventus (4-3-1-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Alex Sandro; Bentancur, Arthur, Rabiot; Kulusevski; Morata, Dybala.

Sors: Sportmediaset