Posts

Frabotta lejn self ma’ Verona

Wara li sfaxxa fix-xejn it-trasferiment ma’ Atalanta (li għażlu li jieħdu lil Pezzella minfloku), issa jidher li Frabotta jinsab qrib li jingħaqad ma’ Verona. Hu se jkun misluf ilhom għal sena, b’Verona jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox fis-sajf li jmiss.

Matthew Scerri

Frabotta sospiż għal partita waħda

Frabotta se jkollu jitlef il-partita kontra Lazio hekk kif ġie sospiż għal partita waħda. Ismu kien fil-lista ta’ plejers diffidati u l-karta safra li qala’ kontra Spezia ssarfet f’sospensjoni ta’ partita.

Matthew Scerri

Juventus se jżommu lil Frabotta

Diversi klabbs tas-Serie A urew interess li jiksbu lil Gianluca Frabotta. Il-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Frabotta hi ċara: hu se jibqa’ ma’ Juventus. Fil-ġimgħat li ġejjin Paratici se jibda taħdidiet mal-aġent tal-plejer biex joffrilu kuntratt ġdid għall-full-back Taljan.

Matthew Scerri

Genoa jridu lil Frabotta wkoll

Juventus u Genoa qed jitħaddtu bejniehtom anki dwar Frabotta. Genoa jriduh fit-tim tagħhom u lesti jilagħbuh b’mod regolari. Biex dan ikun jista’ jsir, però, Juventus se jkunu qed jitolbu lura lil Pellegrini. Jidher li fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm self ieħor għal Pellegrini lil xi tim ieħor tas-Serie A.

Matthew Scerri