Posts

Gosens: “Atalanta jafu r-rieda tiegħi”

F’intervista mogħtija lil Sport1, Robin Gosens stqarr dan li ġej: “Naħseb li se nibqa’ ma’ Atalanta dis-sena. Huma jafu x’inhi r-rieda tiegħi. Jekk jiġi għalija xi klabb tal-Bundesliga jew xi klabb ieħor, nixtieq nagħmel esperjenza oħra.”

Matthew Scerri

Gosens mhuwiex jaħseb fis-suq tat-trasferimenti

Mistoqsi jagħti kumment dwar il-futur tiegħu, Robin Gosens sostna li bħalissa jinsab moħħu biss fuq l-impenji mat-tim nazzjonali Ġermaniż. Kicker qed jirrapurtaw li Gosens iddikjara li għalissa ma jrid jaf xejn dwar is-suq tat-trasferimenti.

Matthew Scerri

Min jista’ jieħu post Alex Sandro ma’ Juventus

Alex Sandro jista’ jkun li jitlaq lil Juventus das-sajf. Skont Tuttosport hemm tlett iplejers li jistgħu jiħdulu postu ma’ Juventus: Emerson Palmieri (Chelsea), Gosens (Atalanta) u José Gayà (Valencia). Fl-aħħar sigħat kellna anki rapporti li Gosens irrifjuta offerta mressqa minn Leicester minħabba li hu qed jagħtu l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus.

Matthew Scerri

Il-prezz ta’ Gosens

Atalanta se jkunu qed jitolbu 40 miljun Ewro għal Robin Gosens. Dan hu l-prezz tiegħu skont Il Corriere di Bergamo. It-timijiet interessati fih nafuhom: Juventus, Inter u Manchester City.

Matthew Scerri

Juventus lesti jinnegozjaw l-akkwist ta’ Gosens

Kollox jindika li Juventus se jiftħu negozjati ma’ Atalanta għall-akkwist ta’ Gosens. Hu meqjus bħala plejer ideali biex il-Bianconeri jkollhom sostitut validu għal Cuadrado u Alex Sandro, hekk kif dawn it-tnejn bdew jikbru. Gosens ilu sejjer tajjeb ma’ Atalanta u llum għandu valur ta’ madwar 35-40 miljun Ewro. Juventus għandhom relazzjonijiet tajba ferm ma’ Atalanta u qed jittamaw li jilħqu ftehim magħhom fuq bażi ta’ self bid-dritt li jixtruh għal kollox fl-istaġuni ta’ wara. Prattikament Juventus lesti jintrabtu li jixtru lil Gosens għal kollox, biss iridu ftehim bejn il-ħlas ikun imqassam fuq numru ta’ snin.

Matthew Scerri

Gosens: “Unur kbir li jriduni Juventus u Manchester City”

Intervistat minn Kicker, Robin Gosens stqarr li hu unur għalih li qed ikun imsemmi ma’ klabbs kbar u importanti bħal Juventus u Manchester City. Hu żvela anki li Atalanta għandhom id-dritt, skont il-kuntratt tiegħu, li jtawlulu l-istess kuntratt fl-2022 għal sena oħra.

Matthew Scerri