Posts

Allegazzjoni miċħuda dwar it-trasferiment ta’ Han

L’Equipe llum allegaw li Juventus kisru istruzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda li odnaw lill-pajjiżi biex l-ebda persuna mill-Korea ta’ Fuq ma taħdem barra minn pajjiżha. L-allegazzjoni hi li Juventus ma setgħux ibigħu lil Han f’Jannar li għadda lil Al-Duhail. Mill-ewwel qam is-soltu kjass u ftit wara waslet ir-risposta tal-eks Senatur, Antonio Razzi li kien mexxa ftehim bilaterali bejn l-Italja u l-Korea ta’ Fuq. Skontu l-FIGC kellha tagħti 60,000 Ewro lill-iskola tal-futbol ta’ Corciano fejn kien hemm xi plejers mill-Korea ta’ Fuq. Han inxtara minn Cagliari u lagħab b’self ma’ Perugia. Insomma, Han kien l-Italja bl-approvazzjoni ta’ ftehim bilaterali bejn il-pajjiżi u kien hemm il-barka anki tal-FIGC. Bħal dejjem każ moħloq mix-xejn sempliċiment biex iħammġu lil Juventus!

Matthew Scerri