Posts

Hateboer mhuwiex prijorità għal Juventus

Madwar ġimagħtejn ilu Hateboer kien issemma b’saħħa ma’ Juventus. L-aħbarijiet issa f’das-sens huma li Hateboer kien ġie propost lil Juventus, imma l-Bianconeri għandhom prijoritajiet oħra. S’issa Juventus għandhom ma sabux bejgħ għal De Sciglio u Pellegrini. Għaldaqstant bħalissa m’għandhomx bżonn full-back ieħor, apparti li Atalanta dejjem jitolbu prezz għoli għall-plejers tagħhom.

Matthew Scerri

Gosens u Hateboer. L-affarijiet jikkumplikaw ruħhom?

Atalanta għadhom kemm bigħu lil Castagne lit-tim ta’ Leicester. Skont l-analisti tas-suq tat-trasferiment, il-bejgħ ta’ Castagne jista’ jfisser li Atalanta ma jridux ibigħu lil Gosens jew lil Hateboer li t-tnejn li huma ssemmew spiss ma’ Juventus das-sajf.

Matthew Scerri