Posts

Icardi mhux beħsiebu jitlaq lil PSG

Mauro Icardi stqarr pubblikament li m’għandu ebda intenzjoni li jitlaq lil PSG. F’intervista mogħtija lill-istazzjoni tal-klabb Pariġin, Icardi qal dan li ġej: “Għalija hu unur li ninsab hawn, kif għidt sa mill-ewwel jum meta wasalt hawn. Ninsab tajjeb u qiegħed f’tim li qed jimmira li jirbaħ ħafna unuri. Dan hu dak li jfittex plejer. Ninsab kuntent li l-klabb xtrani għal kollox u qed joffrili l-possibbiltà li nkompli għall-erba’ snin li ġejjin. Is-sena li għaddiet kienet fantastika u nittama li fis-snin li ġejjin jirnexxilna nitjiebu u nirbħu aktar unuri.”

Matthew Scerri

Il-pożizzjoni ta’ Pochettino dwar Dybala u Icardi

F’dawn is-sigħat qed tibda l-era Pochettino fit-tim ta’ PSG. Hu se jieħu post Tuchel u diġà qed ikun hemm ħafna għidut li hu għarraf lill-klabb liema huma l-plejers li jixtieq li jinxtraw u liema jistgħu jinbigħu. Fost il-plejers għall-bejgħ qed jissemma ħafna Icardi. Dybala, mill-banda l-oħra, hu wieħed mill-plejers li Pochettino talab. Issa rridu naraw jekk dat-trasferimenti humiex realistikament jistgħu jseħħu f’Jannar jew inkella huwx se jkun hemm biss taħdidiet biex iwittu t-triq għal xiri/bejgħ fis-sajf.

Matthew Scerri

Għidut dwar bdil bejn Icardi u Ronaldo

Drajna li fil-jiem meta ma jkunx hemm logħob jiżdiedu l-aħbarijiet b’rabta mas-suq tat-trasferimenti. Kliem Leonardo fil-jiem li għaddew wassal biex qed ikun hemm ħafna għidut dwar trasferiment ta’ Ronaldo ma’ PSG. Xi siti qed jirrapurtaw li PSG jinsabu lesti li joffru lil Icardi u flus għal Ronaldo. Min-naħa tagħhom, però, Juventus ma jridux jitilfu lil Ronaldo u skont Calciomercato.com Mendes għarraf diġà lill-Bianconeri li Ronaldo hu intenzjonat li jibqa’ Turin sakemm jintemm il-kuntratt tiegħu.

Matthew Scerri