Posts

Ihattaren lura ma’ Juventus minn Jannar

Ajax ħabbru li għarrfu lil Juventus li ma jridux iġeddu s-self ta’ Mo Ihattaren, li għaldaqstant minn Jannar 2023 se jkun qed jirritorna ma’ Juventus. Ihattaren kemm ma’ Sampdoria kif ukoll ma’ Ajax falla minħabba ħafna problemi personali, fosthom anki storja kerha li kienu qed ifittxu xi kriminali minħabba relazzjoni li beda ma’ tfajla ġejjin mill-istess ambjent ta’ dawn il-kriminali. Ma’ Sampdoria kien letteralment waqaf mit-training u ħarab lejn pajjiżu wara li miet missieru. Plejer li s’issa qed juri li ma jistax jitfa’ moħħu hemm daqskemm jidħol f’inkwiet.

Matthew Scerri

Tnejn ta’ Juventus jitilqu lil Sampdoria

Radu Dragusin se jkun qed jingħaqad ma’ Salernitana sa tmiem l-istaġun. Juventus taw il-kunsens tagħhom sabiex Dragusin jitlaq lil Sampdoria u jkompli s-sena ma’ Salernitana. Għada se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi magħhom.

Plejer ieħor li Juventus kellhom misluf lil Sampdoria hu Mohammed Ihattaren. Anki hu telaq lil Sampdoria u uffiċjalment ġie misluf lil Ajax sa tmiem l-2022. B’hekk waslet fi tmiemha s-saga ta’ Ihattaren li kien qabad u telaq mill-Italja b’ħafna skużi għax ma riedx jibqa’ ma’ Sampdoria. Ajax għandhom id-dritt li jixtruh għal kollox f’Jannar tal-2023.

Matthew Scerri