Posts

Paratici jitkellem dwar l-injury ta’ Dybala

Qabel Verona-Juventus, Fabio Paratici sostna li żewġ speċjalisti raw lil Dybala fil-jiem li għaddew. Fil-fatt appartil-konsulenza tal-Professur Cagat f’Barcellona, Dybala mar Innsbruck biex jara speċjalist ieħor. Fi kliem Paratici l-viżti mediċi wasslu għall-konkluzjonijiet ferm iktar pożittivi minn kemm kien qed jistenna l-istaff mediku ta’ Juventus. Issa rridu naraw kemm verament se tħalli l-frott it-terapija li qed isegwi Dybala.

Matthew Scerri

Morata ma ttrenjax illum!

Alvaro Morata llum ma ttrenjax minħabba li għad għandu problemi ta’ saħħa b’rabta ma’ virus li ilu jkiddu ftit tal-jiem. Hu ngħata l-mistrieħ bit-tama li jfieq għal kollox u jkun jista’ jerġa’ jilgħab fl-attakk Juventin flimkien ma’ Ronaldo.

Matthew Scerri

Xejn gravi għal Chiellini

Giorgio Chiellini m’għandu xejn gravi u se jibqa’ jkun segwiti mit-tobba ta’ Juventus. Hu kellu joħroġ mill-grawnd waqt Porto-Juventus minħabba uġigħ fil-pexxun. Mit-testijiet li sarulu llum ma rriżulta xejn gravi. Xi gazzetti u siti qed jirrapurtaw li se jibqa’ barra għal madwar ġimagħtejn biex jirkupra sew.

Matthew Scerri

Cuadrado se jdum għaxart ijiem barra

Juventus FC ikkonfermaw li dalgħodu saru xi testijiet mediċi b’rabta mal-injury muskolari li sofra Juan Cuadrado. L-injury mhuwiex ta’ entità gravi. Il-Kolombjan se jibqa’ wieqaf madwar għaxart ijiem u wara jsirlu check-up mediku ieħor biex it-tobba ta’ Juventus ikunu ċerti li fieq.

Matthew Scerri

Cuadrado se jitlef Porto-Juventus minħabba injury

Juan Cuadrado probabbilment se jkollu jitlef il-partita kontra Porto. L-injury muskolari li sofra fl-Ewwel Taqsima ta’ Napoli-Juventus x’aktarx se jżommu ‘l bogħod għal xi żmien mill-pitch tal-futbol. Għada se jsirulu t-testijiet fil-JMedical biex it-tobba ta’ Juventus jifhmu x’inhi l-entità tal-injury u jistabilixxu kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

Dybala għadu jħoss l-uġigħ

Illum Paulo Dybala ma ttrenjax mal-bqija ta’ sħabu minħabba li reġa’ ħass l-uġigħ f’siequ. Hu se jkollu jitlef il-partita kontra Napoli. Jidher li m’għandu xejn gravi biss dan l-uġigħ se jwassal biex għal darb’oħra jiġi pospost ir-ritorn għall-azzjoni tal-istilla Arġentina ta’ Juventus.

Matthew Scerri

Injury għal Arthur. Se jitlef Napoli-Juventus

Arthur se jkollu jitlef anki Napoli-Juventus minħabba uġigħ f’saqajh. Illum sarulu xi testijiet u t-tobba fehmu x’inhi l-problema. Jidher li m’għandu xejn gravi tant li hemm xaqq ta’ tama li jilħaq jirkupra għall-partita taċ-Champions League kontra Porto.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Ramsey

Aaron Ramsey illejla se jitlef il-partita kontra Inter. Hu fil-fatt sofra injury muskolari ħafif u għaldaqstant ma jistax jinżel fil-grawnd fl-ewwel partita tas-SemiFinali tal-Coppa Italia.

Matthew Scerri

Għadu mhux magħruf meta Dybala se jkun jista’ jerġa’ jilgħab

Għad hemm inċertezza sħiħa meta Paulo Dybala se jkun jista’ jidħol lura fl-azzjoni. Hu għadu ma rkuprax mill-injury tiegħu u Pirlo llum stqarr waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li xi kultant Dybala għadu jħoss uġigħ ħafif fl-irkoppa. Skont Pirlo hemm ottimiżmu li daqt se jkun jista’ jilgħab mill-ġdid, għalkemm għalissa ħadd għadu ma jaf meta dan se jseħħ verament.

Matthew Scerri

Injuries għal McKennie u Dybala

Meta ninsabu ġimgħa ‘l bogħod minn Inter-Juventus, is-supporters ta’ Juventus huma ħerqana li jkunu jaf għada x’se jkunu l-entitajiet tal-injuries ta’ McKennie u Dybala. It-tnejn li huma kellhom jabbandunaw il-grawnd waqt Juventus-Sassuolo. McKennie jidher li għandu problema muskolari mentri Dybala għandu problema f’irkoptu. Għada nkunu nafu aħjar x’għandhom u jkollna indikazzjoni kemm se jdumu barra.

Matthew Scerri