Posts

Bonucci tliet ġimgħat barra?

Rapporti mhux konfermati minn Juventus qed isostnu li Leonardo Bonucci se jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar tliet ġimgħat sabiex jirkupra mill-injury li għandu. Chiellini wkoll se jdum barra b’injury (madwar xahar). F’dan l-istadju Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali puri (De Ligt u Demiral), flimkien ma’ ieħor li qed ikun adattat f’dik il-pożizzjoni (Danilo).

Matthew Scerri

Injury għal Bonucci

Leonardo Bonucci mhux se jkun qed jilgħab għall-Italja minħabba injury. Hu ntbagħat lura Turin fejn issa se jkun ikkurat mill-istaff mediku ta’ Juventus. Bonucci spjega li fl-aħħar nofs siegħa tal-partita kontra Lazio ħass fastidju muskolari u matul dil-ġimgħa baqa’ muġugħ.

Matthew Scerri

Chiellini għandu madwar xahar barra

Rapporti, mhux konfermati min-naħa ta’ Juventus, qed isostnu li Giorgio Chiellini se jkollu jibqa’ madwar xahar barra mill-azzjoni minħabba l-injury li sofra dan l-aħħar. Skont La Gazzetta dello Sport Chiellini se jitlef żgur is-sitt partiti li jmiss tal-Bianconeri. B’xorti tajba De Ligt wasal biex jidħol lura.

Matthew Scerri

Bonucci għadu ftit muġugħ

Leonardo Bonucci jidher li ma jinsab f’sikktu mija fil-mija. Anki mat-tim nazzjonali qed iħoss xi ftit l-istess uġigħ li kellu qabel Juventus-Barcellona. Jidher li minħabba dil-problema jista’ jkun li nhar il-Ħadd Bonucci ma jilgħabx kontra l-Polonja.

Matthew Scerri

Aġġornament dwar il-plejers b’injury

Illum kellna aġġornament dwar il-plejers Bianconeri li jinsabu barra mill-azzjoni minħabba injuries. Chiellini, Ramsey u Chiesa għadhom għaddejjin bil-fiżjoterapija biex jirkupraw mill-injuries li sofrew. Alex Sandro u De Ligt ittrenjaw illum għal xi ħin mal-bqija tal-grupp, filwaqt li Dybala segwa programm personalizzat, jiġifieri ma ttrenjax ma’ sħabu.

Matthew Scerri

Chiesa għadu jista’ jingħaqad mat-tim nazzjonali

Skont Calciomercato.com jista’ jkun li Federico Chiesa jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan nhar il-Ħadd jekk jilħaq jirkupra mill-injury muskolari tiegħu. L-Azzurri se jilagħbu kontra l-Bożnija fit-18 ta’ Novembru. Sa tmiem il-ġimgħa nkunu nafu jekk Chiesa huwiex se jkun jista’ jilgħab mat-tim nazzjonali Taljan.

Matthew Scerri

De Ligt lura għal-logħob wara l-waqfa

Wara li l-waqfa għall-impenji tat-timijiet nazzjonali, Matthijs De Ligt mistenni jkun qed jirritorna fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus. Hu ilu jittrenja mal-bqija ta’ sħabu u kulma jonqos biex narawh lura fil-grawnd hu li l-Professur li operah jagħti l-konferma li l-ispalla tad-difensur Olandiż fieqet.

Matthew Scerri

Ronaldo tajjeb għal-logħob

Id-daqqa fl-għaksa li qala’ Ronaldo waqt Lazio-Juventus m’għadhiex toħloqlu problemi. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Portugiż stqarr li Ronaldo jinsab diġà tajjeb għal-logħob.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Rabiot

Adrien Rabiot sofra injury muskolari mat-tim nazzjonali Franċiż u mhux se jkun qed jilgħab kontra l-Finlandja. Hu tassew inkredibbli li kull darba li jkun hemm partiti tat-timijiet nazzjonali jkollna dejjem nirrapurtaw li kien hemm injuries għall-plejers Bianconeri.

Matthew Scerri

Ronaldo sejjer mat-tim nazzjonali. Chiesa se jibqa’ Turin

Federico Chiesa mhux se jkun qed jingħaqad mat-tim nazzjonali Taljan minħabba l-injury muskolari li sofra. Ronaldo, mill-banda l-oħra, se jmu xorta waħda mal-Portugall u se jkun fid-diskrezzjoni tat-tobba tat-tim nazzjonali jekk jitħalliex jilgħab jew le.

Matthew Scerri