Posts

Il-Klabb tagħna għadu sod u projettat fil-futur

Illum xtaqt niddedika l-artiklu tiegħi u naqsam magħkom ftit ħin fuq il-klabb tagħna u t-tmexxija tiegħu.

Kif kulħadd jaf dawn is-sentejn ta’ pandemija ma’ kienet faċli għal ħadd speċjalment fin-negozji li madwar id-dinja ħafna għalqu saħansitra l-bibien tagħhom aħseb u ara klabbs bħal tagħna li l-introjtu tagħhom naqas drastikament.

Bħala ex membru fil-Kumitat naf kemm il-klabb tagħna jinvolvi xogħol, ħin u spejjeż biex tmantnih u iżżommu fl-aqwa stat kif jixraq lill-membri.

U dan matul is-snin dejjem sar kontinwament bla waqfien u ta’ dan kif għamilt dejjem u ser nagħmel anki minn hawn nirringrazzja lill-President u lill-Kumitat kollu tal-motivazzjoni u dedikazzjoni tagħhom lejn il-klabb tagħna u lejn il-membri.

Dan l-aħħar kelli l-okkażjoni wara nuqqas ta’ sentejn nitla’ Turin flimkien ma’ Joe Fenech, u naturalment ta’ ħbieb u bħala ex membru fil-Kumitat id-diskors dejjem jaqa’ fuq il-klabb u x’ser isir fil-futur.

U naturalment l-entużjażmu ta’ Joe ma’ ħallinix sorpriż! Anzi. Il-President qalli li għalkemm dawn is-sentejn kienu diffiċli xorta l-klabb baqa’ għaddej bix-xogħol fejn il-Kumitat baqa’ jiltaqa’ u aktar ħadem biex is-sorpriżi għall-membri li kellhom isiru xorta jsiru kif ikun il-waqt.

U dan grazzi għaliex dejjem kellna tmexxija bil-għaqal u Kumitati li ħasbu li meta nkunu fil-glorja dejjem kien bil-għaqal li jżomm pedament sod biex finanzjarjament meta jiġu mumenti inqas glorjużi bħalma ġara fid-dinja xi ħaġa li ħadd ma basar xorta il-klabb ikun b’saħħtu u jiflaħ għal mumenti bħal dawn.

M’iniex sorpriż għaliex kif għidt dejjem hekk irraġunajna fil-passat u hekk baqa’ jsir. Il-membri veri għandhom biex ikunu kburin u moħħhom mistrieħ li se jibqgħu jsibu dan il-klabb bħala l-post fejn niltaqgħu u naraw il-logħob flimkien u naqsmu rebħ, suċċessi u żmien ta’ inqas suċċess flimkien bħal dejjem.

Ħadd gost dan l-aħħar kull meta mort il-klabb nara l-logħob niltaqa ma’ ħbieb li qabel tarahom kienet ħaġa normali, wara dawn is-sentejn kollna ilna ma naraw lil xulxin żmien.

Kif għidtilkom nkunu kburin għax il-klabb għadu b’saħħtu u għandu ġejjieni sabiħ b’ħafna attivitajiet programmati għalina l-membri. Ibqgħu numerużi kif bqajtu u preżenti kemm tistgħu biex il-Kumitat jibqa’ b’din il-ħeġġa li għandu.

Il-kelma li nħobb ngħid lill-President hi nammirak u nammirakom kif bqajtu b’din il-motivazzjoni matul dan iż-żmien kollu! Ir-riżultat qiegħed ċar quddiemna l-membri kull meta nidħlu ġewwa l-klabb …. Palazz dejjem jisbieħ.

Il-Juventus Club Vero Amore, 46 sena. Illum aktar minn qatt qabel. Id-dar tagħna l-Juventini għal-lum u għall-ġejjieni.

Pierre Borg

Bħal-lum fil-passat (15 ta’ Novembru 2020)

Illum se noħukom lura għas-sena 1970 meta Juventus għelbu lil Cagliari 2-1 b’doppjetta ta’ Anastasi.

Bħal-lum fil-passat (3 ta’ Novembru)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għas-sena 1976 meta Juventus laqgħu f’darhom lil Manchester United f’partita tat-Tazza Uefa. Il-partita rat lil Bianconeri jegħlbu lir-Red Devild 3-0 bil-gowls ta’ Boninsegna (2) u Benetti.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (12 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-12 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 12/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 12/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 12/09/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-11 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 11/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 11/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 11/09/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 10/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 10/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 10/09/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 09/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 09/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 09/09/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 07/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 07/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 07/09/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 06/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 06/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 06/09/2021

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Settembru 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Settembru 2021.

Prima Pagina Tuttosport 05/09/2021
Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 05/09/2021
Prima Pagina Corriere dello Sport 05/09/2021