Posts

Juventus-Dynamo Kiev 3-0

L-ewwel gowl ta’ Chiesa u s-750 gowl fil-karriera ta’ Ronaldo. Żewġ gowls storiċi li magħhom irridu nżidu gowl ieħor ta’ Morata. Juventus kisbu rebħa faċli f’partiti li kkontrollaw u ddominaw tul id-disgħin minuta. Chiesa kellu wirja tassew tajba u kien involuti fit-tliet gowls tal-partita. Ronaldo u Morata huma dejjem iktar koppja li qed taqbel u li kapaċi tkisser lid-difiża avversarja. Meta Juventus jirnexxilhom jilagħbu hekk, il-veru fihom pjaċir!

JUVENTUS-DYNAMO KIEV 3-0

Skurjaw: Chiesa (J), Ronaldo (J), Morata (J)

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral (Dragusin), Bonucci (Danilo), De Ligt; Chiesa (Kulusevski), Bentancur (Arthur), McKennie, Alex Sandro; Ramsey (Bernardeschi); Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Dynamo Kiev (4-3-3): Bushchan; Kedziora, Zabarnyi, Popov, Mykolenko (Karavaev); Shepeliev (Harmash), Sydorchuk, Shaparenko; Tsygankov (Lednev), Verbic (Supryaha), Rodrigues (De Pena). Kowċ: Lucescu.

Referee: Frappart.

Karti sofor: Zabarnyi (D), Bentancur (J), Shaparenko (D).

Matthew Scerri

Dybala mistenni jerġa’ jkun fuq il-bank tas-sostituti

Kollox jindika li llejla Paulo Dybala mhux se jkun qed jibda mill-ewwel minuta kontra Dynamo Kiev. Fil-fatt Pirlo se jibda b’Morata u Ronaldo. L-Ispanjol se jitlef iż-żewġ partiti li jmiss tal-kampjonat u allura se jilgħab illejla. Ronaldo, mill-banda l-oħra, se jkun qed jirritorna fl-azzjoni wara li ngħata ftit tal-mistrieħ kontra Benevento.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Dynamo Kiev

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Kulusevski, Bentancur, Rabiot, Bernardeschi; Morata, Ronaldo.

Dynamo Kiev (4-2-3-1): Buschchan; Kedziora, Zabarnyi, Mykolenko, Karavaev; Shepelev, Andrievsky; Shaparenko, Buyalskyi, De Pena; Verbic.

Sors: Sportmediaset.

Stéphanie Frappart se tmexxi Juventus-Dynamo Kiev. L-ewwel mara li se tirreffja partita taċ-Champions League

Juventus-Dynamo Kiev se tkun partita storika. Fil-fatt l-Uefa għażlet lil Stéphanie Frappart biex tkun ir-referee tal-partita. Frappart se tkun l-ewwel referee mara li se tmexxi partita taċ-Champions League.

Matthew Scerri