Posts

De Ligt hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Milan

Matthijs De Ligt ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Milan. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 38% tal-vot, segwit minn Alex Sandro b’16%. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

Pirlo: “Mhux se nirreżenja”

Mistoqsi wara t-telfa kontra Milan jekk kienx beħsiebu jitfa’ r-riżenja tiegħu, Andrea Pirlo wieġeb: “Le, mhux se nirreżenja. Se nibqa’ f’posti u se nkompli b’xogħli. Se naħdem mal-plejers biex noħorġu minn dal-mument delikat. Se nkompli naħdem sakemm ikun possibbli.”

Matthew Scerri

Juventus-Milan bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Milan. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.

Sors: Juventus.com

Juventus-Milan 0-3

Telfa oħra għal Juventus fi staġun tassew deludenti fejn il-Bianconeri qed jirriskjaw li lanqas jiksbu post fiċ-Champions League. Fl-Ewwel Taqsima Juventus lagħbu tajjeb għalkemm ma ħolqux wisq okkażjonijiet ta’ gowl. Fl-aħħar minuta, imbagħad, Milan marru fil-vantaġġ bi żball ieħor ta’ Szczesny. Ħsibna li kien se jkun hemm reazzjoni fit-Tieni Taqsima, imma Juventus ma kienu kapaċi joħolqu xejn u ħallew lil Milan jiskurjaw żewġ gowls oħra. Partita bħal dik tal-lejla tikkonferma li Pirlo falla miżerament u miegħu hemm uħud mill-plejers li wasal iż-żmien li jsellmu lil Juventus. Iġri tispiċċa din l-aġunija għax aħna s-supporters ma ħaqqniex tim li ma jilgħabx bil-qalb!

JUVENTUS-MILAN 0-3

Skurjaw: Diaz (M), Rebic (M), Tomori (M)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, de Ligt, Chiellini, Alex Sandro; McKennie, Bentancur (Kulusevski), Rabiot, Chiesa (Dybala); Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
 
Milan (4-2-3-1): G. Donnarumma; Calabria, Kjaer, Tomori, Theo Hernandez; Bennacer (Dalot), Kessie; Saelemaekers (Meite), Diaz (Krunic), Çalhanoglu; Ibrahimovic (Rebic). Kowċ: Pioli.

Referee: Valeri.

Karti sofor: Chiesa (J), Chiellini (J), Diaz (M), Saelemaekers (M).

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Milan

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, de Ligt, Chiellini, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Cristiano Ronaldo. 
 
Milan (4-2-3-1): G. Donnarumma; Calabria, Kjaer, Tomori, Theo Hernandez; Bennacer, Kessie; Saelemaekers, Brahim Diaz, Çalhanoglu; Ibrahimovic

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Milan

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Milan huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon. 

Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral. 

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Kulusevski. 

Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Milan

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Chiellini, Alex Sandro; Cuadrado, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Ronaldo, Morata.

Milan (4-2-3-1): Donnarumma; Calabria, Kjaer, Tomori, Hernandez; Bennacer, Kessie; Saelemaekers, Diaz, Calhanoglu; Ibrahimovic.

Sors: Sky