Posts

Juventus-Monza tal-Coppa Italia fid-19 ta’ Jannar

Juventus se jibdew l-impenji tagħhom fil-Coppa Italia fid-19 ta’ Jannar 2023, meta fir-Rawnd tal-Aħħar Sittax se jilqgħu f’darhom lil Monza. Il-partita se tintlagħab fid-9.00 ta’ filgħaxija.

Min jgħaddi minn dar-Rawnd bejn Juventus u Monza, se jilgħab fil-Kwarti Finali kontra t-tim rebbieħ ta’ Lazio-Bologna. Dil-partita se tintlagħab fl-1 ta’ Frar.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Lulju)

Nagħtu titwila lill-preseason Juventin tal-2021. Proprju bħal-lum Juventus kienu lagħbu kontra Monza fit-Trofeo Berlusconi. Din kienet l-ewwel edizzjoni tat-Trofeo Berlusconi wara li Silvio Berlusconi ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim ta’ Monza.