Posts

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Diċembru)

Filippo Inzaghi kien il-protagonist assolut tal-partita bejn Juventus u Salernitana li ntlagħbet bħal-lum fl-1998. Dakinhar hu kien skurja t-tliet gowls li bihom Juventus għelbu lill-avversarji.

https://www.youtube.com/watch?v=CW5X7NFbZiY

Approvata ż-żieda fil-kapital sa massimu ta’ 400 miljun

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus approva l-pjanijiet għaż-żieda fil-kapital għal massimu ta’ 400 miljun Ewro. F’Ottubru se jkun hemm il-laqgħa għax-share-holders li hu l-aħħar pass qabel jibda l-proċess kollu. Exor diga’ ħabbru li se joħorġu sehemhom (madwar 75 miljun Ewro). Dal-flus se jmorru prinċipalment biex ikunu mitigati l-effetti tal-pandemija u fl-istess ħin Juventus ikunu jistgħu jkomplu għaddejjin bil-proġetti kummerċjali tagħhom filwaqt li tinżamm il-kompetittività tat-tim.

Matthew Scerri

Il-Bord tad-Diretturi japprova żieda fil-kapital ta’ 400 miljun Ewro

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus iltaqa’ mill-ġdid u stima li fis-snin 2019/2022, it-telf dirett u indirett marbut mal-pandemija se jkun ta’ madwar 320 miljun Ewro. Fl-istess waqt fil-laqgħa ġie imtenni li l-miri tal-klabb se jibgħu l-istess u għaldaqstant fil-bidu tas-sena finanzjarja 2021/22 se jingħata bidu għal proċeduri sabiex ikun hemm żieda fil-kapital għal massimu ta’ 400 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Żieda fil-kapital għal valur ta’ bejn 300 u 400 miljun Ewro

Hu dejjem iktar probabbli li Juventus jibdew il-proċeduri f’qasir żmien li jwasslu għal żieda fil-kapital min-naħa tax-share-holders. Il Sole 24 Ore qed ibassar li diż-żieda se tkun ta’ bejn 300 u 400 miljun Ewro, somma li hi meħtieġa sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ dħul fis-sena u nofs tal-Covid. Iż-żieda fil-kapital ilha tissemma fil-gazzetti għalkemm fil-laqgħa tal-Exor ta’ ftit ġimgħat ilu ma ssemma xejn dwarha. Kien hemm l-għidut li l-Familja Agnelli kienet lesta tfittex share-holder li jixtri sa massimu ta’ 20% mix-shares, biss issa kollox jindika li l-klabb se jkun qed imur għaż-żieda fil-kapital.

Matthew Scerri

Riflessjonijiet Juventini (L-Ewwel Parti): L-impatt tal-Covid

Mhu faċli xejn bħalissa titkellem fuq x’qieghed għaddej fl-ambjent Juventin. Kif qbadt il-pinna illum
biex nikteb dan l-artiklu, friska wisq il-weġgħa wara t-telfa li ħadna mal-Milan il-Ħadd li għadda. Rajna
l-iskwadra mhux biss titlef il-logħba, imma lanqas biss f’logħba sħiħa ma tesprimi loghob u tersaq
b’mod perikoluż lejn il-lasta avversarja. X’seta wassal għal din il-metamorfosi negattiva f’dan l-istaġun?
Diversi fatturi taw kontribut negattiv. Provajt naħseb ftit x’seta wassal għal staġun daqshekk negattiv
li tefagħna lura fiż-żmien ta’ qabel inħatar Andrea Agnelli bħala President.

Covid – Il-pandemija tal-Covid-19 żgur kellha effett devastanti minn ħafna angoli – speċjalment in-nuqqas ta’ impatt emottiv li kapaċi jagħti stadium mimli nies – kif jgħidu bit-taljan ‘id-dodicesimo
uomo in campo’. Semmiha telekronista popolari l-Ħadd li għadda, fil-programm ta’ wara l-logħba, u
kelli ntih raġun f’li qal li l-Allianz Stadium jaf iqajjem atmosfera unika bejn l-istands u l-pitch meta jkun
hemm is-supporters – ta’ dan jien spiss kont xhud billi diversi drabi tlajt narahom jilgħabu ġo Turin. Innaħa l-ohra tal-munita f’dan l-argument hi li timijiet bħal Milan, in-nuqqas ta’ nies fil-ground kien ta’
benefiċċju għall-iskwadra taghhom – ħaġa totalment opposta għal dak li ġara lill-iskwadra tal-qalb
tagħna. Meta nsemmu l-pandemija, ma nistgħux ninjoraw l-impatt negattiv li ħalliet fuq il-finanzi talklabb speċjalment meta iridu jitħallsu xorta il-pagi għoljin tal-players. Fatt bħal dan żgur ikollu
riperkussjonijiet koroh anki fuq il-kampanja ta’ trasferimenti fejn nafu li għall-istaġun li jmiss hemm
bżonn li d-diriġenza tinvesti fuq players ta’ stoffa speċjalment fil-midfield u anki fuq il-linji – lemin u
xellug.

Massimo Grioli

Ix-xhares ta’ Juventus raw żieda ta’ 17.85% fil-valur tagħhom illum

Ix-xhares ta’ Juventus FC fil-Borża raw żieda sostanzjali fil-valur tagħhom. Illum ix-xhares ta’ Juventus, wara li tħabbar li huma fost il-fundaturi tal-European Super League, kellhom żieda ta’ 17.85% fil-valur tagħhom. L-investituri huma ovvjament attirati minn klabb li se jkollu garantit madwar erba’ mitt elf  Ewro fis-sena minn dil-kompetizzjoni l-ġdida.

Matthew Scerri