Posts

Juventus-Cagliari bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Cagliari. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Danilo hu l-aktar plejer li lagħab s’issa

Danilo hu l-uniku plejer li beda dejjem mill-ewwel minuta fkull partita uffiċjali ta’ Juventus f’dan l-istaġun. Hu jidher plejer kompletament mibdul mill-istaġun li għadda. Tant sar affidabbli li Pirlo s’issa dejjem riedu fil-grawnd prattikament f’kull minuta li lagħbu Juventus dis-sena. Fil-fatt l-unika darba li nbidel kienet illum meta fis-86 minuta ħalla l-grawnd biex floku daħal Alex Sandro.

Matthew Scerri

Juventus lesti jbigħu lil Ramsey u jiffirmaw lil Calhanoglu minfloku

Aaron Ramsey jista’ jitlaq lil Juventus f’każ li tasal offerta tajba fuq il-mejda ta’ Paratici. Skont Tuttosport hemm PSG u xi klabbs mill-Premier League Ingliża li qed juru interess fih. Jekk jitlaq Ramsey, postu ma’ Juventus ikun jista’ jieħdu Calhanoglu jekk verament ikun free-agent minn Frar li ġej.

Matthew Scerri

Camavinga fost l-aktar plejers li jinteressaw lil Juventus

Eduardo Camavinga qed ikun indikat bħala wieħed mill-plejers li l-aktar qed jogħġbu lil Juventus biex isaħħu n-nofs il-grawnd tagħhom. Il-konkorrenza għall-akkwist tiegħu hi tassew qawwija, b’Real Madrid u PSG lesti jagħmlu minn kollox biex jiffirmawh. Juventus jistgħu jilagħbu karta importanti: ilhom minn das-sajf f’kuntatti ma’ Rennes peress li silfuhom lil Rugani. Dan jista’ jagħti daqsxejn ta’ vantaġġ lil Juventus fuq it-timijiet l-oħra.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (20 ta’ Novembru 2020)

Illum qed inwasslulkom filmat tassew antik li joħodona lura għall-1949 meta proprju bħal-lum Juventus kienu għelbu lil Pro Patria bl-iskor ta’ 0-3.

Juventus b’saħħa fuq Lovato

Kollox jindika li Fabio Paratici jinsab lest jagħmel kull tentattiv possibbli biex jikseb lil Matteo Lovato, id-difensur rivelazzjoni ta’ dis-sena. Fuqu hemm Milan li ilhom ftit interessati fih, biss Juventus tant baqgħu sorpriżi bil-wirjiet tiegħu li lesti joffru somma ġmiela għalih.

Matthew Scerri

Pogba: “Mument diffiċli fil-karriera tiegħi”

F’kumment mogħti lil RTL, Paul Pogba ammetta li jinsab għaddej minn mument partikolari fil-karriera tiegħu u indirettament ikkonferma kleim Deschamps li hu ma jinsabx kuntent ma’ Manchester United. “It-tim nazzjonali jagħtini daqsxejn ta’ nifs. Qatt qabel ma għaddejt minn mument daqshekk diffiċli fil-karriera tiegħi,” qal Pogba. Għalkemm ma semmiex lil Manchester United, hu ovvju li r-riferiment hu proprju għar-Red Devils.

Matthew Scerri

Morata: “Ninsab tajjeb ma’ Juventus”

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet organizzata mit-tim nazzjonali Spanjol, Morata ddikjara: “Ninsab tajjeb ħafna f’Turin, kif kont anki f’Madrid. Għandi x-xorti li jittrattawni tajjeb.”

Matthew Scerri

Għidut dwar bdil bejn Icardi u Ronaldo

Drajna li fil-jiem meta ma jkunx hemm logħob jiżdiedu l-aħbarijiet b’rabta mas-suq tat-trasferimenti. Kliem Leonardo fil-jiem li għaddew wassal biex qed ikun hemm ħafna għidut dwar trasferiment ta’ Ronaldo ma’ PSG. Xi siti qed jirrapurtaw li PSG jinsabu lesti li joffru lil Icardi u flus għal Ronaldo. Min-naħa tagħhom, però, Juventus ma jridux jitilfu lil Ronaldo u skont Calciomercato.com Mendes għarraf diġà lill-Bianconeri li Ronaldo hu intenzjonat li jibqa’ Turin sakemm jintemm il-kuntratt tiegħu.

Matthew Scerri