Posts

Kulusevski: “Irridu nirbħu l-kampjonat”

https://www.youtube.com/watch?v=ZmLUbNXgzq8

Pirlo: “Għandna iktar fiduċja”

https://www.youtube.com/watch?v=N1IE_bIyuqs

Filmat: X’qal Danilo fi tmiem il-partita

https://www.youtube.com/watch?v=joY14jKv7Wg

Juventus-Sassuolo 3-1

Juventus kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva tal-2021. Konna nafu li Sassuolo huma tim kompatt u qawwi. Kif kien mistenni fl-Ewwel Taqsima il-logħob kien f’idejn Juventus imma Sassuolo għarfu kontrollaw il-logħba. Il-Bianconeri kienu sfurtunati li tilfu b’injuries lil McKennie u lil Dybala, liema injuries ikkundizzjonaw it-tip ta’ partita li Pirlo kien ipprepara. Fl-aħħar tal-Ewwel Taqsima, imbagħad, tkeċċa Obiang għal Sassuolo. It-Tieni Taqsima rat il-logħob dejjem iktar f’idejn Juventus u Sassuolo jilagħbu b’mod intelliġenti bil-kontrattakk. It-tliet gowls ta’ Juventus waslu kollha b’azzjonijiet sbieħ. Ir-rebħa Juventina hi mistħoqqa. Prosit anki lil Sassuolo li llum saru realtà importanti tal-futbol Taljan.

JUVENTUS-SASSUOLO 3-1

Skurjaw: Danilo (J), Defrel (S), Ramsey (J), Ronaldo (J)

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral, Frabotta; Chiesa (Bernardeschi), Arthur, Bentancur (Rabiot), McKennie (Ramsey-Morata); Ronaldo, Dybala (Kulusevski). Kowċ: Pirlo.

Sassuolo (4-2-3-1): Consigli; Muldur (Oddei), Chiriches (Ayhan), Ferrari, Kyriakopoulos; Obiang, Locatelli; Defrel (Boga), Djuricic (Lopez), Traoré; Caputo (Toljan). Kowċ: De Zerbi.

Referee: Massa.

Karti sofor: Bonucci (J), Ferrari (S), Bentancur (J), Frabotta (J), Kulusevski (J).

Karta ħamra: Obiang (S)

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Sassuolo

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Sassuolo huma:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon.
Difensuri: Chiellini, Danilo, Bonucci, Demiral, Di Pardo, Dragusin, Frabotta.
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Fagioli, Kulusevski.
Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Berardi

Domenico Berardi sofra injury muskolari u se jkollu jibqa’ wieqaf għal madwar tliet ġimgħat. Għaldaqstant hu se jitlef il-partita kontra Juventus nhar il-Ħadd. Din se tkun is-seba’ darba fil-karriera tiegħu (minn ħmistax-il partita) li hu se jitlef il-konfront ma’ Juventus minħabba injury jew għax kien sospiż.

Matthew Scerri

Ir-referees tas-17-il Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Benevento-Atalanta: Manganiello

Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Genoa-Bologna: Doveri

Is-Sibt 9 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Milan-Torino: Maresca

Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m.

Roma-Inter: Di Bello

Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m.

Parma-Lazio: Pairetto

Udinese-Napoli: Pasqua

Verona-Crotone: Massimi

Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m.

Fiorentina-Cagliari: Giacomelli

Il-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Juventus-Sassuolo: Massa

It-Tnejn 11 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m.

Spezia-Sampdoria: Piccinini

Matthew Scerri