Posts

Injury muskolari għal Kean

Wara għaxart ijiem mill-bidu tal-preseason wasal l-ewwel injury muskolari tal-istaġun. Moise Kean illum kellu jieqaf mit-taħriġ wara li ħass fastidju muskolari. Hu maħsub li hu mhux se jkun jista’ jmur ma’ sħabu l-Amerika.

Matthew Scerri

Injury anki għal Kean

Moise Kean se jitlef il-partita tal-lejla kontra PSG minħabba injury. Ilbieraħ hu ħass uġigħ f’koxxtu u minn testijiet li sarulu llum irriżulta li għandu infjammazzjoni f’post fejn kien weġġa’ ftit taż-żmien ilu. Mhux magħruf kemm se jdum barra.

Matthew Scerri

L-attakk Juventin għadu rebus

Ilna ġimgħat nisimgħu u naqraw ismijiet ta’ attakkanti li jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus. S’issa għadna biss b’Vlahovic u Kean bħala attakkanti puri, flimkien ma’ Di Maria u Chiesa (li Allegri stess qal li realistikament se jkun jista’ jagħtu sehmu minn Jannar ‘il quddiem). Das-sajf Juve neħħew lil Dybala u lil Morata, u għaldaqstant it-tim ta’ Allegri għandu bżonn attakkant ieħor.

Bħalissa l-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Muriel u Depay. Għada l-aġenti ta’ Depay għandhom laqgħa ma’ Barcellona biex forsi jxolju l-kuntratt tal-Olandiż. Irridu ngħidu pero’ li Chelsea qed juru interess f’Aubameyang u qed ikun irrapurtat li Barcellona se jħallu jitlaq wieħed biss bejn Depay u Aubameyang.

Muriel hu l-Alternattiva għal Depay. Il-prezz tiegħu hu ta’ madwar 15-il miljun. Jekk Depay ma jinħallx mill-kuntratt tiegħu ma’ Barcellona, Juventus se jmorru għal Muriel.

Intant qed jerġa’ jissemma li Kean se jitlaq lil Juventus. Dan mhux faċli daqskemm ħafna jaħsbu peress li Kean jinsab misluf mingħand Everton u barra minn hekk Kean hu meqjus bħala hone grown player u allura jaf ikun utli għal Juventus minħabba l-lista taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Kean li mhux se jilgħab

Moise Kean se jitħalla barra mill-partita tal-lum kontra Atletico Madrid minħabba li allegatament wasal tard fil-Continassa għall-partita. Allegri u l-istaff tiegħu ddeċidew li bħala kastig iħalluh barra mill-iskwadra għall-partita tal-lum. Postu mill-ewwel minuta se jieħdu Soule.

Matthew Scerri

Ma jiqafx l-għidut dwar Kean

La Gazzetta dello Sport qed tirraporta li Juventus lesti joffru bejn bejn Rabiot, Ramsey u Bernardeschi lil Everton għal Moise Kean. Skont il-gazzetta r-roża Ancelotti jippreferi minflok lil Demiral. In-negozjati bejn il-klabbs mistennija jkomplu. Tajjeb infakkru imma li PSG għandhom id-dritt li jixtru lil Kean għal kollox das-sajf għal prezz maqbul is-sena li għaddiet. Fi kliem ieħor f’dan l-istadju l-ballun jinsab f’idejn il-Franċiżi u huma, aktar minn Everton, jistgħu jiddeċiedu l-futur ta’ Kean.

Matthew Scerri

X’qed joffru Juventus u Inter lil Everton għal Kean

Ilna nisimgħu u naqraw li Juventus jinsabu interessati li jieħdu lura magħhom lil Moise Kean. Qed ikun irrapurtat li issa anki Inter tħajru għalih. Skont Tuttosport il-klabbs Taljani qed jipproponu tpartit lil Everton: Juventus lesti jibdlu lil Kean ma’ Rabiot, filwaqt li Inter qed joffrulhom lil Vecino. Ovvjament f’din l-istorja kollha ma rridux ninsew li PSG għandhom id-dritt li jixtru għal kollox lil Kean u peress li dis-sena mar tajjeb magħhom hu probabbli li PSG jbigħu plejers oħra fl-attakk (Icardi) biex hekk ikunu jistgħu jżommu lil Kean magħhom.

Matthew Scerri

Il-futur ta’ Kean hu fi Franza ma’ PSG

Moise Kean mhux se jitlaq lil PSG fis-sajf. L-attakkant Taljan esprima x-xewqa li jibqa’ mal-klabb Pariġin u Leonardo diġà fetaħ negozjati ma’ Everton biex jixtrih għal kollox. PSG emmnu ferm fih u dan wassal biex Kean fl-aħħar irnexxilu juri t-talent kollu tiegħu.

Matthew Scerri