Posts

Khedira se jirtira

Sami Khedira se jkun qed jilgħab l-aħħar partita fil-karriera tiegħu nhar is-Sibt. Hu ddeċieda li jirtira mill-futbol u hekk se tasal fi tmiemha karriera tassew mill-aqwa. Khedira hu mingħajr dubju wieħed mill-aqwa midfielders li rajna fl-aħħar għoxrin sena u żgur li se jibqa’ fil-qlub tas-supporters tat-timijiet kollha fejn lagħab, fosthom anki Juventus.

Matthew Scerri

Filmat: Grazzi, Sami!

Uffiċjali: Khedira hu plejer ta’ Hertha Berlin

Sami Khedira sar uffiċjalment plejer ta’ Hertha Berlin. Hu rringrazzja lil Juventus u lil Pirlo li magħhom dejjem kellu rapport korrett. Khedira sostna li għalkemm ma lagħabx fl-aħħar xhur, hu tħalla dejjem jittrenja mat-tim.

Matthew Scerri

Khedira. Xejn ġdid!

Jannar wasal biex jispiċċa u Sami Khedira għadu ma’ Juventus. Minkejja l-ħafna paroli tiegħu, Khedira għadu ma sabx tim. Diversi siti u gazzetti qed jirrapurtaw li hu probabbli bejn llum u nhar it-Tnejn Khedira jilħaq ftehim ma’ Juventus sabiex ikun itterminat il-kuntratt tiegħu u hekk ikun jista’ jsib klabb ġdid matul ix-xahar ta’ Frar wara li jkun intemm is-suq tat-trasferimenti. Ovvjament jekk ikun għadu marbut b’kuntratt ma’ Juventus, fi Frar ma jkunx jista’ jibda esperjenza ġdida ma’ tim ieħor.

Matthew Scerri

Khedira jinsab l-Ingilterra

Sami Khedira jinsab l-Ingilterra fejn qed jiltaqa’ ma’ xi klabbs tal-Premier League. Skont La Gazzetta dello Sport l-iktar klabb li għandu ċans li jiffirma lil Khedira hu Everton wara li l-Ġermaniż kemm-il darba esprima pubblikament ix-xewqa li jkun ittrenjat mill-ġdid minn Ancelotti.

Matthew Scerri

Juventus iridu jneħħu lil Khedira malajr kemm jista’ jkun

Sami Khedira qed jifli bir-reqqa l-offerta li qed jaslulu u jidher li m’għandux għaġġla biex jagħżel. Juventus, mill-banda l-oħra, qed jittamaw li ma jdumux ma jarawh ma’ tim ieħor. Nafu li fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klabbs kollha tal-Ewropa, tim irid jeħles mill-paga ta’ plejer qabel ikun jista’ jidħol għal paga ta’ plejer ieħor. Fi kliem ieħor jekk jitlaq Khedira Juventus ikunu jistgħu joffrulu l-paga tiegħu (6 miljuni) lil xi plejer li jħossu li hu iktar utli għat-tim tagħhom. Il-biża’ hi li Khedira jdum jittrattjieni sal-aħħar u hekk Juventus ma jkollhomx il-ħin biex isibu plejer ieħor imbagħad.

Matthew Scerri

Khedira jiċħad li offrewlu li jxolji l-kuntratt ma’ Juventus

Sami Khedira ta intervista lil Zdf fejn fost l-oħrajn tkellem dwar Pirlo u Juventus: “Irrid nilgħab, imma s-sitwazzjoni attwali ma tippidenix minn Pirlo. M’jien irrabjat għal ħadd. Kelli ħafna konfronti miegħu u nirrispettah. Nifhem li jrid jpoġġi fil-prattika l-mod tiegħu ta’ logħob. Naħseb li jekk ma tkunx tista’ tagħti sehmek fil-partita, trid tagħtih fit-training u barra l-grawnd. Meta nitlaq, irrid li Juventus u s-supporters jiftakru fija bħala plejer kbir.” Khedira tenna l-istima tiegħu fil-konfront ta’ Mourinho u Ancelotti, filwaqt li ċaħad li qatt waslitlu proposta biex ixolji l-kuntratt ma’ Juventus.

Matthew Scerri

Khedira fil-pjanijiet ta’ Everton għal Jannar

Wara l-kliem ta’ tifħir li Khedira kellu għal Ancelotti, jidher li issa verament Everton huma interessati li jiksbu lill-midfielder Ġermaniż. Everton jemmnu li l-esperjenza ta’ Khedira jaf tkun determinanti għall-ambizzjoni tagħhom li jidħlu fiċ-Champions League s-sena d-dieħla. Juventus, min-naħa tagħhom, lesti jħalluh jitlaq b’xejn u probabbli li Khedira mhux se jkun qed jitlob somma flus lil Juventus biex itemm il-kuntratt sitt xhur qabel iż-żmien.

Matthew Scerri

Ancelotti jwieġeb lil Khedira

Ancelotti kellu l-opportunità jitkellem dwar dak li stqarr Khedira ma’ Sky tal-Ġermanja fejn fost l-oħrajn esprima x-xewqa li jkun ittrenjat mill-ġdid minn Mourinho jew Ancelotti. Il-kowċ Taljan sostna li għandu tifkira tajba ħafna ta’ Khedira u li kieku tinqala’ l-opportunità lest jikkowċjah mill-ġdid. Dan però, iċċara, l ma jfissirx li Khedira se jingħaqad żgur ma’ Everton.

Matthew Scerri

Khedira: “Minn dejjem xtaqt nilgħab fil-Premier League”

Intervistat minn Sky tal-Ġermanja, Sami Khedira stqarr li l-ħolma ta’ tfulitu kienet li jilgħab fil-Premier League peress li minn dejjem kien affaxxinat mill-kampjonat Ingliż. Hu ammetta li jekk tasallu offerta mingħand Mourinho jew Ancelotti hu ma jħossx li jkun jista’ jgħidilhom le.

Matthew Scerri